Salm
43 Iġġudikani, Alla tiegħi,
Iddefendi l-każ tiegħi kontra poplu li mhux leali.
Eħlisni min-nies li jqarrqu u li jagħmlu dak li mhux sew.
2 Għax int l-Alla tiegħi, il-fortizza tiegħi.
Għala warrabtni?
Għala għandi nkun imdejjaq minħabba li l-għedewwa jaħqruni?
3 Ibgħat id-dawl u l-verità tiegħek.
Jalla jmexxuni;
Jalla jiggwidawni lejn il-muntanja qaddisa u t-tabernaklu kbir tiegħek.
4 Imbagħad se nasal ħdejn l-artal tiegħek, Alla tiegħi;
Alla tiegħi, int il-wieħed li tferraħni.
Jien se nfaħħrek bl-arpa, Alla tiegħi.
Għala jien inkwetat?
Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi.
Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi u l-Alla tiegħi.