Salm
Maskil* t’Etan l-Eżraħi.
89 Jien se nkanta għal dejjem dwar l-imħabba u l-lealtà* tiegħek, Ġeħova.
Jien se nitkellem dwar il-lealtà tiegħek mal-ġenerazzjonijiet kollha.
2 Għax jien għedt: “L-imħabba* tiegħek se tibqaʼ għal dejjem;
U fis-sema dejjem se jkun hemm il-lealtà tiegħek.”
3 Alla tiegħi, int għedt: “Jien għamilt patt maʼ dak li għażilt;
Lill-qaddej tiegħi David ħliftlu:
4 ‘Jien se nagħmel ċert li d-dixxendenti tiegħek* jibqgħu għal dejjem,
U se nagħmel ċert li s-saltna* tiegħek tibqaʼ minn ġenerazzjoni għal oħra.’” (Sela)
5 Is-sema se tfaħħar l-affarijiet tal-għaġeb li int għamilt, Ġeħova.
Il-kongregazzjoni tal-qaddisin se jfaħħru l-lealtà tiegħek.
6 Għax min jistaʼ jitqabbel miegħek fis-sema, Ġeħova?
Min fost it-tfal tiegħek hu bħalek, Ġeħova?
7 Alla tiegħi, il-ġemgħa tal-qaddisin jibżgħu minnek u jirrispettawk;
Int kbir u tal-għaġeb għal dawk kollha li huma madwarek.
8 Alla Ġeħova tal-armati,
Min hu b’saħħtu bħalek?
Jah, int leali f’kulma tagħmel.
9 Int tikkontrolla l-baħar qawwi;
Meta l-mewġ jogħla, int tikkalmah.
10 Int irbaħt għalkollox u qtilt lil Raħab.*
Bl-id b’saħħitha tiegħek ferrixt l-għedewwa tiegħek.
11 Is-sema u l-art huma tiegħek;
L-art u kulma fiha int għamilthom.
12 Int ħlaqt it-Tramuntana u n-Nofsinhar;
Il-Muntanja Tabor u l-Muntanja Ħermon jgħajtu bil-ferħ u jfaħħru lil ismek.
13 Idek hi b’saħħitha u qawwija,
Idek il-leminija hi merfugħa ’l fuq.
14 Int dejjem tmexxi bis-sewwa u l-ġustizzja;
Int taʼ min jafdak u turi mħabba u lealtà.
15 Ferħanin in-nies li jfaħħruk b’għajjat taʼ ferħ.
Ġeħova, huma jibqgħu jimxu miegħek u għandhom l-approvazzjoni tiegħek.*
16 Huma jifirħu l-ġurnata kollha minħabba ismek
U jħossuhom onorati minħabba l-ġustizzja tiegħek.
18 Għax int, Ġeħova l-Qaddis t’Iżrael,
Tajtna t-tarka u r-re tagħna.
19 Dak iż-żmien int tkellimt mal-leali tiegħek permezz taʼ viżjoni, u għedt:
“Jien tajt is-saħħa lil wieħed b’saħħtu;
Jien onorajt lil wieħed li għażilt minn fost il-poplu.
21 Jien se nappoġġah u nsaħħu.
22 L-ebda għadu mhu se jġiegħlu jagħtih xi tip taʼ ħlas,
U l-ebda raġel ħażin mhu se jaħqru.
23 Se nfarrak lill-għedewwa tiegħu minn quddiemu,
U nsawwat lil dawk kollha li jobogħduh.
25 Jien se nagħtih il-baħar taħt idejh
U nagħtih awtorità fuq ix-xmajjar.
26 Hu se jgħajjatli u jgħidli: ‘Int Missieri,
L-Alla tiegħi, u l-Blata li ssalvani.’
27 Jien se nagħmlu l-ewwel imwieled,
L-ogħla re tal-art.
28 Jien se nibqaʼ nurih imħabba u lealtà għal dejjem,
U se nibqaʼ nżomm il-patt li għamilt miegħu.
29 Jien se nagħmel ċert li d-dixxendenti tiegħu jibqgħu għal dejjem
U se nagħmel ċert li s-saltna tiegħu tibqaʼ teżisti bħas-sema.
30 Jekk it-tfal tiegħu jitilqu l-liġi tiegħi
U ma jobdux id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħi,
31 Jekk jiksru r-regoli tiegħi
U ma jżommux mal-kmandamenti tiegħi,
32 Jien nikkastigahom bil-bastun u nsawwathom
Minħabba d-diżubbidjenza* u l-iżbalji tagħhom.
34 M’iniex se nikser il-patt tiegħi,
Jew inbiddel dak li għedt.
35 Jien ħlift bil-qdusija tiegħi darba għal dejjem
Li lil David mhux se nigdiblu.
36 Id-dixxendenti tiegħu se jibqgħu għal dejjem,
Is-saltna tiegħu se tibqaʼ daqskemm iddum ix-xemx.
37 Din se tkun soda għal dejjem
Bħall-qamar li hu xhud leali fis-sema.” (Sela)
39 Int injorajt il-patt li għamilt mal-qaddej tiegħek;
Niġġist il-kuruna* tiegħu billi tfajtha mal-art.
41 Kull min jgħaddi minn hemm jisirqu;
Il-ġirien tiegħu jwaqqgħuh għaċ-ċajt.
43 Int ma ħallejtux jirnexxi fil-battalja
U għalxejn kien qed juża x-xabla tiegħu.
44 Int ma ħallejtux jiġi onorat iktar,
U ma ħallejtux ikompli jmexxi.
45 Int qassart iż-żmien taż-żgħożija tiegħu;
Int ġegħeltu jistħi ħafna. (Sela)
46 Ġeħova, kemm se ddum tinjorana? Għal dejjem?
Meta se tieqaf tirrabja magħna?
47 Ftakar kemm hi qasira l-ħajja tiegħi.
Jaqaw kien għalxejn li ħlaqt il-bnedmin kollha?
48 Hemm xi ħadd li jistaʼ jibqaʼ ħaj u ma jmut qatt?
Jistaʼ dan isalva lilu nnifsu u ma jmutx?* (Sela)
49 Ġeħova, fejn hi l-imħabba* li kont turi qabel?
Fejn hi l-lealtà li ħlift biha lil David?
50 Ġeħova, ftakar it-tgħajjir kontra l-qaddejja tiegħek.
Ftakar kemm ikolli nissaporti tgħajjir mill-popli kollha.
51 Ġeħova, l-għedewwa tiegħek waqqgħu għaċ-ċajt lill-magħżul* tiegħek;
Huma waqqgħu għaċ-ċajt kulma għamel.
52 Jalla tiġi mfaħħar għal dejjem, Ġeħova. Ammen u Ammen.