Levitiku
12 Ġeħova kompla jgħid lil Mosè: 2 “Għid lill-Iżraelin, ‘Jekk mara toħroġ tqila u twelled tifel, ma tkunx nadifa għal sebat ijiem, bħal meta jiġiha d-demm taʼ kull xahar. 3 U fit-tmien jum, it-tifel irid jiġi ċirkonċiż. 4 Hi tibqaʼ tindaf mid-demm għal 33 jum ieħor. M’għandhiex tmiss xi ħaġa qaddisa, u m’għandhiex tidħol fil-post qaddis sakemm jgħaddu l-jiem tal-purifikazzjoni tagħha.
5 “‘Jekk twelled tifla, ma tkunx nadifa għal 14-il jum, bħal meta jiġiha d-demm taʼ kull xahar. Hi tibqaʼ tindaf mid-demm għal 66 jum ieħor. 6 Meta jgħaddu l-jiem tal-purifikazzjoni tagħha għal tifel jew għal tifla, trid tieħu għand il-qassis fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa muntun żgħir fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq u beċċun jew gamiema bħala offerta għad-dnub. 7 Hu jippreżenta l-offerta quddiem Ġeħova u jagħmel tpattija għaliha, u hi tkun nadifa mit-tnixxija tad-demm. Din hi l-liġi għall-mara li twelled tifel jew tifla. 8 Imma jekk ma jkollhiex biex tagħti muntun żgħir, trid tieħu żewġ gamimiet jew żewġt ibċieċen, wieħed bħala offerta tal-ħruq u l-ieħor bħala offerta għad-dnub, u l-qassis jagħmel tpattija għaliha, u hi tkun nadifa.’”