Salm
96 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida.
Kantaw lil Ġeħova, nies tal-art kollha.
2 Kantaw lil Ġeħova; faħħru lil ismu.
Xandru l-aħbar tajba dwar kif isalva lin-nies jum wara l-ieħor.
3 Faħħruh mal-ġnus,
Għidu lill-popli dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel.
4 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir.
Hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah iktar mill-allat l-oħrajn kollha.
5 L-allat kollha tal-popli ma jiswew għal xejn.
Imma Ġeħova hu dak li għamel is-sema.
7 Onoraw lil Ġeħova, familji tal-popli,
Onoraw lil Ġeħova għall-glorja u s-saħħa tiegħu.
8 Agħtu lil Ġeħova l-glorja li tixraq lil ismu;
Ġibu rigal u idħlu fil-btieħi tiegħu.
10 Xandru fost il-popli: “Ġeħova sar re.
L-art hi stabbilita fis-sod, u ħadd ma jistaʼ jċaqlaqha.
Hu se jiġġudika* l-popli b’mod ġust.”
11 Ħa jifirħu s-sema u l-art.
Ħa jgħajjat il-baħar u kulma fih.
12 Ħa jifirħu l-għelieqi u kulma fihom.
Fl-istess ħin ħa jgħajtu bil-ferħ is-siġar tal-foresta
Hu se jiġġudika lin-nies tal-art bil-ġustizzja
U lill-popli bil-lealtà.