Ħosea
2 “Għidu lil ħutkom subien, ‘Intom il-poplu tiegħi!’*
U għidu lil ħutkom bniet, ‘Intom in-nisa li Alla juri ħniena magħhom!’*
2 Akkużaw lil ommkom; akkużaw lilha,
Għax hi mhijiex il-mara tiegħi, u jien m’iniex ir-raġel tagħha.
Hi m’għandhiex tibqaʼ tagħmilha taʼ prostituta*
U m’għandhiex tibqaʼ tagħmel adulterju,
3 Inkella nneżżagħha għarwiena u nagħmilha bħal dakinhar li twieldet,
Nagħmilha bħal deżert,
Inġibha bħal art bla ilma,
U nġegħelha tmut bil-għatx.
5 Għax ommhom għamlitha taʼ prostituta.*
Hi li ħarġet tqila bihom għamlet affarijiet tal-mistħija, għax qalet,
‘Se mmur wara l-maħbubin tiegħi,
Dawk li jagħtuni l-ħobż u l-ilma,
Ħwejjeġ tas-suf u tal-għażel, u żejt u xorb.’
6 Allura se nagħlqilha triqitha bix-xewk;
U se ntellaʼ ħajt tal-ġebel biex infixkilha,
Ħalli ma tkunx tistaʼ ssib minn fejn toħroġ.
7 Hi se tiġri wara l-maħbubin tagħha, imma mhux se tilħaqhom;
Hi se tfittixhom, imma mhux se ssibhom.
Imbagħad tgħid, ‘Se mmur lura għand żewġi,*
Għax kont aħjar dak iż-żmien milli issa.’
8 Ma ndunatx li kont jien li tajtha ċ-ċereali,* l-inbid ġdid, u ż-żejt,
U li kont jien li tajtha ħafna fidda
U deheb, li użat biex tqim lil Bagħal.
9 Se nieħu lura ċ-ċereali tiegħi fi żmien il-ħsad
U l-inbid ġdid fl-istaġun tiegħu,
U se naħtaf il-ħwejjeġ tas-suf u tal-għażel li kienu jgħattuha ħalli ma tkunx għarwiena.
10 Se nikxef il-partijiet privati tagħha quddiem il-maħbubin tagħha,
U ħadd minnhom mhu se jsalvaha minn taħt idejja.
11 Inġib fi tmiem il-ferħ kollu tagħha,
Il-festi, il-qamar ġdid, is-Sabat, u l-istaġuni tal-festi kollha tagħha.
12 Se neqred id-dwieli u s-siġar tat-tin tagħha, li dwarhom qalet:
‘Dawn tawhomli l-maħbubin tiegħi biex iħallsuni’;
Se nbiddilhom f’foresta,
U l-annimali slavaġ se jibilgħuhom.
13 Se nitlob kont minnha għal meta offriet sagrifiċċji lill-istatwi taʼ Bagħal,
Għal meta kienet tiżżejjen bl-imsielet u affarijiet oħra u kienet tiġri wara l-maħbubin tagħha,
Imma lili, Ġeħova, insietni.
15 Minn dak iż-żmien ’il quddiem, se nagħtiha lura l-għelieqi tad-dwieli
U l-Wied* t’Għakor, li hu bħal bieb taʼ tama;
Hemm se twiġibni bħal meta kienet żgħira,
Bħal meta kienet ħarġet mill-art tal-Eġittu.
16 U dakinhar, jien, Ġeħova, ngħidilha:
‘Int tgħajjatli, “Ir-raġel tiegħi,” u ma tibqax tgħajjatli, “Sidi.”’*
17 Mhux se nħalliha tibqaʼ ssemmi l-ismijiet tal-istatwi taʼ Bagħal,
U hi mhux se tibqaʼ tiftakarhom b’isimhom.
18 Dakinhar se nagħmel patt għall-benefiċċju tal-poplu tiegħi mal-annimali slavaġ,
Mal-għasafar, u mal-annimali li jitkaxkru;
Se neħles l-art mill-qaws, ix-xabla, u l-gwerra,
U b’hekk se jorqdu b’moħħhom mistrieħ.*
19 Se nitgħarras miegħek għal dejjem,
U nwiegħed li nittrattak tajjeb u b’mod ġust,
Se nurik imħabba* u ħniena.
20 Se nwiegħdek li nkun leali lejk,
U żgur tkun taf lili, Ġeħova.