Żakkarija
6 Imbagħad erġajt erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm erbaʼ karrijiet ġejjin minn bejn żewġ muntanji, u l-muntanji kienu muntanji tar-ram aħmar. 2 Fl-ewwel karru kien hemm żwiemel ħomor;+ u fit-tieni karru, żwiemel suwed.+ 3 Fit-tielet karru kien hemm żwiemel bojod;+ u fir-rabaʼ karru, żwiemel imnaqqxin, imżewqin.+
4 U wiġibt u għedt lill-anġlu li kien qed ikellimni: “X’inhuma dawn, sidi?”+
5 Għalhekk, l-anġlu wieġeb u qalli: “Dawn huma l-erbaʼ spirti+ tas-smewwiet li ħerġin+ wara li dehru quddiem il-Mulej+ taʼ l-art kollha.+ 6 Inkwantu għall-karru biż-żwiemel suwed, dawn sejrin lejn il-pajjiż tat-tramuntana;+ u l-bojod imorru wara l-baħar; u l-imnaqqxin imorru lejn il-pajjiż tan-nofsinhar.+ 7 U l-imżewqin+ imorru u jibqgħu jfittxu fejn imorru, sabiex iduru l-art.”+ Imbagħad qalilhom: “Morru, duru l-art.” U huma bdew iduru l-art.
8 U hu għajjatli u kellimni, u qalli: “Ara, dawk li sejrin lejn il-pajjiż tat-tramuntana huma dawk li jserrħu l-ispirtu+ taʼ Ġeħova fil-pajjiż tat-tramuntana.”+
9 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 10 “Ħa tittieħed xi ħaġa mingħand il-poplu eżiljat,+ saħansitra mingħand Ħeldaj u mingħand Tobijah u mingħand Ġedaja; u int stess tiġi f’dak il-jum, u tidħol fid-dar taʼ Ġosija bin Sofonija+ maʼ dawn li ġew minn Babilonja. 11 U tieħu fidda u deheb u tagħmel kuruna grandjuża+ u tpoġġiha fuq ras Ġożwè+ bin Ġeħosadak il-qassis il-kbir. 12 U trid tgħidlu,
“‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Hawn hu r-raġel+ li jismu Rimja.+ U minn postu stess se jarmi, u hu żgur se jibni t-tempju taʼ Ġeħova.+ 13 Hu stess se jibni t-tempju taʼ Ġeħova, u se jġorr id-dinjità;+ u joqgħod bil-qiegħda u jaħkem fuq it-tron tiegħu, u jsir qassis fuq it-tron tiegħu,+ u se jkun hemm armonija+ bejn iż-żewġ karigi. 14 U l-kuruna grandjuża se tibqaʼ fit-tempju taʼ Ġeħova bħala tifkira+ taʼ Ħelem, Tobijah, Ġedaja,+ u Ħen bin Sofonija. 15 U dawk fil-bogħod se jiġu u jieħdu sehem fil-bini tat-tempju taʼ Ġeħova.”+ U intom se jkollkom tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni għandkom.+ U dan irid iseħħ—jekk ma tonqsux li tisimgħu minn leħen Ġeħova Alla tagħkom.’”+