Żakkarija
7 Iktar minn hekk, ġara li fir-rabaʼ sena tas-Sultan Darju+ l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija, fir-rabaʼ jum tad-disaʼ xahar, jiġifieri, f’Kislew.+ 2 U Betel bagħtet lil Sareser u lil Regem-melek u lill-irġiel tiegħu biex ifittxu l-approvazzjoni* taʼ Ġeħova,+ 3 billi jgħidu lill-qassisin+ tad-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati u lill-profeti, iva, jgħidulhom: “Għandi nibki jien fil-ħames+ xahar u ma nikolx, bħalma dejjem għamilt għal ħafna snin?”+
4 U l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati kompliet tiġi għandi, tgħid: 5 “Għid lin-nies kollha tal-pajjiż u lill-qassisin, ‘Meta somtu+ u kien hemm il-biki fil-ħames xahar u fis-sebaʼ xahar,+ u dan għal sebgħin sena,+ verament somtu għalija, iva, għalija?+ 6 U meta kiltu u meta xrobtu, mhux intom kontu qed tieklu, u mhux intom kontu qed tixorbu? 7 M’għandkomx tobdu l-kliem+ li Ġeħova qal permezz tal-profeti taʼ qabel,+ waqt li Ġerusalemm kienet abitata u fil-kwiet, bi blietha madwarha, u waqt li n-Negeb+ u s-Sefela+ kienu abitati?’”
8 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għand Żakkarija, tgħid: 9 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Iġġudikaw bil-ġustizzja vera;+ u pprattikaw il-ħniniet+ u l-qalb tajba bl-imħabba+ maʼ xulxin; 10 u timbroljaw lil ebda armla+ jew tifel bla missier,+ ebda resident barrani+ jew bniedem magħkus,+ u tfasslu xejn ħażin kontra xulxin fi qlubkom.’+ 11 Imma huma baqgħu jirrifjutaw li jagħtu kas,+ u b’mod stinat baqgħu jagħtu daharhom,*+ u saddew widnejhom biex ma jisimgħux.+ 12 U webbsu qalbhom+ daqs l-iktar ħaġra iebsa* biex ma jobdux il-liġi+ u l-kliem li Ġeħova taʼ l-armati bagħat bl-ispirtu tiegħu,+ permezz tal-profeti taʼ qabel;+ tant li kien hemm għadab kbir min-naħa taʼ Ġeħova taʼ l-armati.”+
13 “‘U ġara li, bħalma hu sejjaħ u huma ma semgħux,+ hekk huma sejħu u jien ma smajtx,’+ qal Ġeħova taʼ l-armati. 14 ‘U jien xerridthom b’qilla taʼ tempesta mal-ġnus kollha+ li ma kinux jafuhom;+ u l-art tħalliet abbandunata warajhom, mingħajr ma ħadd jgħaddi minnha u ħadd ma jiġi lura;+ u l-art mixtieqa+ huma għamluha oġġett taʼ stagħġib.’”