Żakkarija
12 Dikjarazzjoni:
“Il-kelma taʼ Ġeħova dwar Israel,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, Dak li qed jifrex is-smewwiet+ u jqiegħed is-sisien taʼ l-art+ u jsawwar l-ispirtu+ taʼ bniedem ġo fih. 2 “Ara, qed nagħmel lil Ġerusalemm+ skutella li tistordi lill-popli kollha dawramejt;+ u wkoll kontra Ġuda se jkun hemm l-assedju, iva, kontra Ġerusalemm.+ 3 U jrid iseħħ f’dak il-jum+ li nagħmel lil Ġerusalemm ġebla tqila+ għall-popli kollha. Dawk kollha li jerfgħuha bla dubju se jinbarxu bl-ikrah; u kontra tagħha jinġabru l-ġnus kollha taʼ l-art.+ 4 F’dak il-jum,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “inħawwad lil kull żiemel+ u nġennen lir-rikkieb tiegħu;+ u nżomm għajnejja miftuħin fuq id-dar taʼ Ġuda,+ u lil kull żiemel tal-popli se nolqtu bl-għama. 5 U x-xejikki+ taʼ Ġuda se jkollhom jgħidu f’qalbhom, ‘L-abitanti taʼ Ġerusalemm huma saħħa għalina mingħand Ġeħova taʼ l-armati Alla tagħhom.’+ 6 F’dak il-jum se nagħmel lix-xejikki taʼ Ġuda bħal maġmar qalb is-siġar+ u bħal torċa tan-nar f’ringiela qmuħ li jkunu għadhom kif inqatgħu,+ u huma jridu jibilgħu fuq il-lemin u fuq ix-xellug lill-popli kollha dawramejt;+ u minkejja dan Ġerusalemm trid tiġi abitata f’postha stess, f’Ġerusalemm.+
7 “U Ġeħova se jsalva t-tined taʼ Ġuda l-ewwel, biex hekk il-ġmiel tad-dar taʼ David u l-ġmiel taʼ l-abitanti taʼ Ġerusalemm ma jsirux kbar wisq meta mqabblin maʼ Ġuda. 8 F’dak il-jum Ġeħova se jkun difiża madwar l-abitanti taʼ Ġerusalemm;+ u dak li qed jitfixkel fosthom irid isir f’dak il-jum bħal David,+ u d-dar taʼ David bħal alla,+ bħall-anġlu taʼ Ġeħova quddiemhom.+ 9 U jrid iseħħ f’dak il-jum li se nfittex li neqred għalkollox lill-ġnus kollha li ġejjin kontra Ġerusalemm.+
10 “U se nsawwab fuq id-dar taʼ David u fuq l-abitanti taʼ Ġerusalemm l-ispirtu t’approvazzjoni+ u talb bil-ħrara,+ u huma jħarsu lejn Dak li kienu nifdu,+ u se jibku minħabba Fih bħalma jibku lil iben uniku; u se jkun hemm biki taʼ mrar minħabba fih bħal meta jkun hemm biki taʼ mrar minħabba l-ewwel iben imwieled.+ 11 F’dak il-jum il-biki f’Ġerusalemm se jkun kbir, bħall-biki taʼ Ħadadrimmon fil-pjanura fil-wied taʼ Megiddo.+ 12 U l-art se tibki,+ kull familja għaliha; il-familja tad-dar taʼ David għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom;+ il-familja tad-dar taʼ Natan+ għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom; 13 il-familja tad-dar taʼ Levi+ għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom; il-familja tas-Simgħin+ għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom; 14 il-familji kollha li jibqaʼ, kull familja għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom.+