Żakkarija
2 U jien erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm raġel b’ħabel tal-kejl f’idu.+ 2 Għalhekk, jien għedt: “Fejn sejjer?”
U qalli: “Sejjer inkejjel lil Ġerusalemm, sabiex nara x’inhi l-wisaʼ tagħha u x’inhu t-tul tagħha.”+
3 U l-anġlu li kien qed ikellimni telaq minn ħdejja, u kien hemm anġlu ieħor li ġie biex jiltaqaʼ miegħu. 4 Imbagħad qallu: “Iġri, kellem liż-żagħżugħ hemmhekk, u għidlu: ‘“Ġerusalemm se tkun abitata+ bħal pajjiż fil-kampanja miftuħa, minħabba l-kotra taʼ bnedmin u annimali domestiċi f’nofsha.+ 5 U nsir għaliha,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “ħajt tan-nar dawramejt,+ u nimlieha bil-glorja tiegħi.”’”+
6 “Isa! Isa! Aħarbu mill-pajjiż tat-tramuntana,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
“Għax xerridtkom maʼ kullimkien fid-direzzjoni taʼ l-erbat irjieħ tas-smewwiet,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
7 “Isa, Sijon!+ Aħrab, int li qed tgħammar maʼ bint Babilonja.+ 8 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Wara ż-żmien tal-glorja+ tiegħu bagħatni għand il-ġnus li kienu qed iħarbtukom.’+ ‘Għax dak li qed imisskom+ qed imiss il-mimmi t’għajnejja.*+ 9 Ara, qed inxejjer idi kontrihom,+ u se jkollhom isiru priża għall-ilsiera tagħhom.’+ U intom se tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni.+
10 “Għajjat kemm tiflaħ u ifraħ, O bint Sijon;+ għax ġej,+ u se ngħammar f’nofsok,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 11 “U ħafna ġnus se jintrabtu maʼ Ġeħova f’dak il-jum,+ u huma jsiru l-poplu tiegħi;+ u jien se ngħammar f’nofsok.” U se jkollok tkun taf li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni għandek.+ 12 U Ġeħova se jieħu lil Ġuda f’idejh bħala sehmu fuq l-art qaddisa,+ u jerġaʼ jagħżel lil Ġerusalemm.+ 13 Isktu, bnedmin kollha, quddiem Ġeħova,+ għax hu qam+ mill-post qaddis fejn jgħammar.+