Żakkarija
8 U l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati,+ ‘Se nkun għajjur għal Sijon b’għira kbira,+ u b’korla kbira+ se nkun għajjur għaliha.’”
3 “Hekk qal Ġeħova, ‘Se niġi lura għand Sijon+ u ngħammar f’nofs Ġerusalemm;+ u Ġerusalemm se tissejjaħ il-belt tal-verità,+ u l-muntanja taʼ Ġeħova+ taʼ l-armati, il-muntanja qaddisa.’”+
4 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Irġiel u nisa xjuħ għad iridu joqogħdu bil-qiegħda fil-pjazez taʼ Ġerusalemm,+ kull wieħed bil-bastun tiegħu+ f’idu minħabba l-abbundanza taʼ jiemu. 5 U l-pjazez tal-belt se jkunu mimlijin subien u bniet jilagħbu fil-pjazez tagħha.’”+
6 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Għalkemm ikun jidher diffiċli wisq f’għajnejn dawk li jifdal minn dan il-poplu f’dawk il-jiem, għandu jidher diffiċli wisq ukoll f’għajnejja?’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati.”
7 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Ara, se nsalva lill-poplu tiegħi mill-art taʼ tlugħ ix-xemx u mill-art taʼ nżul ix-xemx.+ 8 Inġibhom, u jgħammru f’nofs Ġerusalemm;+ u jsiru l-poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom li jaġixxi fi qbil mal-verità u s-sewwa.’”+
9 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Ħa jissaħħu idejkom,+ intom li f’dawn il-jiem qed tisimgħu dan il-kliem minn fomm il-profeti,+ li ntqal dakinhar li tqiegħed il-pedament tad-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati, biex jinbena t-tempju.+ 10 Għax qabel dawk il-jiem ma kienx hemm ħlas għall-bnedmin;+ u lanqas ħlas għall-annimali domestiċi ma kien hemm; u minħabba l-avversarju ma kienx hemm paċi għal dak li jivvjaġġa,+ hekk kif bqajt nixħet lill-bnedmin kollha kontra xulxin.’+
11 “‘U issa m’iniex se nkun bħal fil-jiem taʼ qabel għal dawk li fadal minn dan il-poplu,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati. 12 ‘Għax se jkun hemm iż-żerriegħa tal-paċi;+ id-dielja se tagħti l-frott tagħha,+ u l-art se tagħti l-prodott tagħha,+ u s-smewwiet se jagħtu n-nida tagħhom;+ u lil dawk li fadal+ minn dan il-poplu se nagħtihom li jirtu dawn l-affarijiet kollha.+ 13 U jrid iseħħ li bħalma intom sirtu saħta fost il-ġnus,+ O dar Ġuda u dar Israel,+ hekk se nsalvakom, u tridu ssiru barka.+ Tibżgħux.+ Jalla jissaħħu idejkom.’+
14 “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘“Bħalma kelli f’moħħi li nġib il-gwaj fuqkom minħabba li missirijietkom inkorlawni,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “u ma ddispjaċinix,+ 15 hekk se jerġaʼ jkolli f’moħħi f’dawn il-jiem li nittratta tajjeb maʼ Ġerusalemm u mad-dar taʼ Ġuda.+ Tibżgħux.”’+
16 “‘Dawn huma l-affarijiet li għandkom tagħmlu:+ Tkellmu bil-verità maʼ xulxin.+ Bil-verità u bil-ġudizzju tal-paċi ġġudikaw f’bieb il-belt.+ 17 U tfasslux gwaj kontra xulxin fi qlubkom,+ u tħobbux il-ħalf falz;+ għax dawn kollha huma affarijiet li jien bgħadthom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”
18 U l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati kompliet tiġi għandi, tgħid: 19 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Is-sawma tar-rabaʼ xahar,+ u s-sawma tal-ħames xahar,+ u s-sawma tas-sebaʼ xahar,+ u s-sawma taʼ l-għaxar xahar+ se jsiru ferħ kbir u thennija u staġuni tajbin tal-festi għad-dar taʼ Ġuda.+ Għalhekk, ħobbu l-verità u l-paċi.’+
20 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Għad iseħħ li jiġu l-popli u l-abitanti taʼ ħafna bliet;+ 21 u l-abitanti taʼ belt waħda se jmorru għand dawk t’oħra, jgħidu: “Ħa mmorru+ bil-ħeġġa biex infittxu l-approvazzjoni+ taʼ Ġeħova u nfittxu lil Ġeħova taʼ l-armati. Jien stess se mmur ukoll.”+ 22 U ħafna popli u ġnus setgħanin se jiġu biex ifittxu lil Ġeħova taʼ l-armati f’Ġerusalemm+ u biex ifittxu l-approvazzjoni taʼ Ġeħova.’
23 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Għad iseħħ f’dawk il-jiem li għaxart irġiel mill-ilsna kollha tal-ġnus+ se jaqbdu,+ iva, se jaqbdu tarf il-libsa taʼ raġel Lhudi,+ u jgħidu: “Aħna se niġu magħkom,+ għax smajna li Alla magħkom.”’”+