Ġeremija
6 Tfal taʼ Benjamin, morru stkennu ’l bogħod minn Ġerusalemm.
Doqqu l-qarn f’Tekogħa;
Qabbdu n-nar bħala sinjal fuq Bet-ħakkerem.
Għax ġej diżastru mit-Tramuntana, diżastru kbir.
2 Il-Belt taʼ Sijon tixbah lil mara sabiħa u delikata.
3 Se jiġu r-ragħajja u l-imrieħel tagħhom.
Huma se jarmaw it-tined tagħhom madwarha,
Kull wieħed se jirgħa l-imrieħel li jieħu ħsieb.
4 “Ippreparaw* biex niggwerraw kontriha!
Ejjew ħa mmorru nattakkawha f’nofsinhar!”
“Ħażin għalina, għax il-ġurnata qed tonqos,
U qed jidlam kmieni!”
5 “Ejja ħa nattakkawha billejl
U neqirdu t-torrijiet iffortifikati tagħha.”
6 Għax Ġeħova tal-armati hekk jgħid:
“Aqtgħu s-siġar u tellgħu rampa għall-assedju kontra Ġerusalemm.
Hi l-belt li trid tagħti kont.
Moħqrija biss hemm fiha.
7 Bħalma ġiebja fiha ilma frisk,
Din il-belt fiha l-ħażen.
Il-vjolenza u l-qerda ma jiqfux fiha;
Il-ħin kollu nara l-mard u d-diżastri tagħha.
8 Oqgħod attent għal dak li qed navżak, Ġerusalemm,
Inkella nitilqek* għax inkun iddiżgustat bik;
Se nagħmlek art abbandunata u ħadd ma jgħix fik.”
9 Ġeħova tal-armati hekk jgħid:
“Il-fdal t’Iżrael huma bħall-għeneb li jifdal f’dielja.
Għandek tiġborhom flimkien bħalma wieħed ilaqqat l-aħħar għeneb.”
10 “Lil min għandi nkellem u nwissi?
Min se jismaʼ?
Widnejhom magħluqin* ħalli ma jagħtux kas.
Huma jwaqqgħu għaċ-ċajt dak li jgħid Ġeħova;
Ma jiħdux pjaċir bih.
11 Allura jien irrabjat ħafna bħalma hu Ġeħova,
U ma niflaħx inżomm iktar.”
“Għid dwar ir-rabja tiegħi lit-tfal fit-toroq,
U lill-ġuvintur miġburin flimkien.
Kulħadd se jinħataf, raġel mal-mara tiegħu,
U raġel kbir fl-età maʼ dak ikbar minnu.
12 Id-djar tagħhom se jtuhom lil ħaddieħor,
U anki l-għelieqi u n-nisa tagħhom.
Għax se nuża l-qawwa tiegħi biex nikkastiga lin-nies taʼ dan il-pajjiż,” jgħid Ġeħova.
13 “Għax miż-żgħir sal-kbir, qed jagħmlu qligħ diżonest;
Mill-profeta sal-qassis, kollha jagħmlu l-qerq.
14 Huma jipprovaw ifejqu taʼ fuq fuq il-ferita tal-poplu tiegħi, billi jgħidu,
‘Hemm il-paċi! Hemm il-paċi!’
Meta m’hemmx paċi.
15 Jistħu huma għall-affarijiet moqżieża li jagħmlu?
Lanqas xejn!
Huma lanqas biss jafu jistħu!
Allura se jaqgħu maʼ dawk li diġà waqgħu.
Meta nikkastigahom, se jitfixklu,” jgħid Ġeħova.
16 Hekk jgħid Ġeħova:
“Ieqfu f’salib it-toroq u araw.
Imma intom tgħidu: “Mhux se nimxu fiha.”
17 “U inkarigajt għassiesa biex jgħidu,
‘Oqogħdu attenti għall-ħoss tal-qarn!’”
Imma intom għedtu: “Mhux se noqogħdu attenti.”
18 “Għalhekk, isimgħu ġnus!
Popli, kunu afu x’se jiġrilhom.
19 Isimgħu, nies kollha tal-art!
Jien se nġib diżastru fuq dan il-poplu
Bħala konsegwenza taʼ dak li ppjanaw,
Għax huma ma tawx kas dak li għedtilhom
U warrbu l-liġi* tiegħi.”
20 “Jien ma jinteressanix li ġġibu l-inċens abjad minn Xeba
U l-qasab aromatiku minn pajjiż ’il bogħod.
Mhux se naċċetta l-offerti sħaħ tal-ħruq li toffru,
U ma niħux pjaċir bis-sagrifiċċji tagħkom.”
21 Għalhekk, hekk jgħid Ġeħova:
“Jien se nqiegħed ġebel taʼ tfixkil għal dan il-poplu,
U huma se jitfixklu fih,
Il-missirijiet mat-tfal,
Il-ġar mal-ħabib tiegħu,
U kollha kemm huma se jispiċċaw fix-xejn.”
22 Hekk jgħid Ġeħova:
“Ġej poplu mill-pajjiż tat-Tramuntana,
U ġens kbir se jaġixxi mill-iżjed partijiet ’il bogħod tal-art.
23 Huma se jaqbdu l-qaws u l-lanza.
Huma kattivi u mhux se juru ħniena.
Leħinhom se jinstemaʼ bħall-baħar imqalleb,
U huma jirkbu fuq iż-żwiemel.
Belt taʼ Sijon, huma se joħorġu għall-battalja bħal raġel wieħed kontrik.”
24 Sirna nafu dwar dan.
Spiċċajna bla saħħa.
Ħakmitna l-ansjetà,
U għandna wġigħ bħal taʼ mara li qed twelled.
Ibku u agħmlu l-vistu bħal xi ħadd li mietlu l-uniku tifel,
Għax f’daqqa waħda dak li se jeqred se jiġi fuqna.
27 “Għamiltek* bħal wieħed li jeżamina l-metall fost il-poplu tiegħi,
Wieħed li jfittex sew;
Għandek tagħti kas u teżamina x’inhuma jagħmlu.
28 Huma l-iktar nies rashom iebsa.
Imorru jduru jimmalafamaw.
Huma bħal ram u ħadid;
Kollha kemm huma korrotti.
29 Wieħed jagħmel sforz kbir biex jirfinahom,
Tant li anki l-għodod tiegħu jinħarqu.
Imma hu għalxejn li jipprova jirfinahom
Għax kollha kemm huma ħżiena.
Ċomb biss joħroġ min-nar.
30 In-nies se jgħidu li huma bħal fidda mwarrba,
Għax Ġeħova warrabhom.”