Żakkarija
13 “F’dak il-jum+ se jinfetaħ bir+ għad-dar taʼ David u għall-abitanti taʼ Ġerusalemm biex jitnaddfu mid-dnub+ u minn ħaġa mistmerra.+
2 “U jrid iseħħ f’dak il-jum,” hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, “li se neqred l-ismijiet taʼ l-idoli mill-pajjiż,+ u m’humiex se jitfakkru iktar; u wkoll lill-profeti+ u lill-ispirtu taʼ nuqqas taʼ ndafa se nġegħelhom jitilqu mill-pajjiż.+ 3 U jrid iseħħ li fil-każ li raġel ikompli jipprofetizza, missieru u ommu, dawk li wilduh, iridu wkoll jgħidulu, ‘M’intix se tgħix, għaliex tkellimt bil-qerq f’isem Ġeħova.’ U missieru u ommu, dawk li wilduh, iridu jinfduh minħabba l-ipprofetizzar tiegħu.+
4 “U jrid iseħħ f’dak il-jum li l-profeti jistħu,+ kull wieħed mill-viżjoni tiegħu meta jipprofetizza; u m’humiex se jilbsu libsa uffiċjali tax-xagħar+ bl-iskop li jqarrqu. 5 U kull wieħed minnhom se jgħid, ‘M’iniex profeta. Jien raġel li qed naħdem l-art, għax bniedem xtrani bi lsir sa minn żgħożiti ’l quddiem.’ 6 U jintqallu, ‘X’inhuma dawn il-feriti li għandek bejn spallejk?’ U hu se jkollu jgħid, ‘Indrabt bihom fid-dar taʼ dawk li jħobbuni bil-kbir.’”
7 “O sejf, stenbaħ kontra r-ragħaj tiegħi,+ kontra r-raġel b’saħħtu li hu sieħbi,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati. “Idrob lir-ragħaj,+ u ħa jitferrxu dawk tal-merħla;+ u żgur li rreġġaʼ idi lura fuq dawk li huma insinifikanti.”+
8 “U jrid iseħħ fl-art kollha,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “li żewġ terzi taʼ dawk fiha se jinqerdu u jmutu;+ imma terz se jitħalla jibqaʼ fiha.+ 9 U ngħaddi lil dak it-terz minn ġon-nar;+ u nirfinah bħalma wieħed jirfina l-fidda,+ u niflih bħalma wieħed jifli d-deheb.+ Hu, min-naħa tiegħu, se jsejjaħ ismi, u jien, min-naħa tiegħi, se nwieġbu.+ Jien se ngħid, ‘Hu l-poplu tiegħi,’+ u hu mbagħad se jgħid, ‘Ġeħova hu Alla tiegħi.’”+