Żakkarija
5 Imbagħad erġajt erfajt għajnejja u ħarist; u rajt romblu+ jtir. 2 Għalhekk, qalli: “X’qed tara?”+
Għal dan, għedt: “Qed nara romblu jtir, b’tul t’għoxrin kubitu, u b’wisaʼ t’għaxar kubiti.”
3 Imbagħad qalli: “Din hi s-saħta li ħierġa fuq wiċċ l-art kollha,+ għax kulmin qed jisraq,+ skond kif imsemmi fis-saħta fuq din in-naħa tar-romblu, s’issa nħeles mill-kastig; u kulmin qed jaħlef,+ skond kif imsemmi fis-saħta fuq in-naħa l-oħra,+ s’issa nħeles mill-kastig. 4 ‘Jien ħriġtha,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, ‘u din trid tidħol f’dar il-ħalliel u f’dar min qed jaħlef falz f’ismi;+ u trid tgħammar f’nofs daru u teqridha għalkollox bl-injam u l-ġebel tagħha wkoll.’”+
5 Imbagħad l-anġlu li kien qed ikellimni resaq lejja u qalli: “Erfaʼ għajnejk, jekk jogħġbok, u ara x’inhu dan li ħiereġ.”
6 Għalhekk, jien għedt: “X’inhu?”
Qalli: “Dan li ħiereġ hu l-kejl t’efa.” U kompla jgħid: “Dan hu kif jidhru fl-art kollha.” 7 U, ara, l-għatu tond taċ-ċomb tgħolla; u kien hemm ċerta mara bil-qiegħda f’nofs l-efa. 8 Għalhekk, qal: “Din hi l-Ħażen.” U hu tefagħha lura f’nofs l-efa,+ u wara dan tefaʼ l-biċċa ċomb tqila fuq fomm l-efa.
9 Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u kien hemm żewġ nisa resqin, u fi ġwinħajhom kien hemm ir-riħ. U kellhom ġwienaħ bħall-ġwienaħ taċ-ċikonja. U huma refgħu l-efa ’l fuq bejn l-art u s-smewwiet. 10 Għalhekk, jien għedt lill-anġlu li kien qed ikellimni: “Fejn qed jiħduha l-efa?”
11 Għal dan, qalli: “Sabiex jibnulha+ dar fl-art tas-Sinar;+ u tkun stabbilita fis-sod, u titqiegħed fil-post xieraq tagħha.”