LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 14
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Affarijiet mhux xierqa li jsiru fil-vistu (1, 2)

      • Ikel nadif u mhux nadif (3-21)

      • L-għaxra fil-100 għal Ġeħova (22-29)

Dewteronomju 14:1

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 1/2021, p. 1

    It-Torri tal-Għassa,

    9/15/2004, p. 27

Dewteronomju 14:2

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “propjetà prezzjuża.”

Dewteronomju 14:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jiġifieri li jerġaʼ jomgħod l-ikel li jkun belaʼ.

Dewteronomju 14:9

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jiġifieri fins u scales.

Dewteronomju 14:19

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 1/2021, p. 1

Dewteronomju 14:21

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    7/1/2005, p. 27

    9/15/2004, p. 26

Dewteronomju 14:22

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “l-għexur.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 14:23

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

  • *

    Letteralment “tibżaʼ minn.”

Dewteronomju 14:26

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ruħek tkun tixtieq.”

  • *

    Jew “kulma ruħek titlob minnek.”

Dewteronomju 14:28

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 14:29

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “tifel bla missier.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
  • 25
  • 26
  • 27
  • 28
  • 29
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 14:1-29

Dewteronomju

14 “Intom it-tfal taʼ Ġeħova l-Alla tagħkom. Tqattgħux ġisimkom u tqaxxrux is-suf taʼ fuq għajnejkom għal persuna mejta. 2 Għax int poplu qaddis għal Ġeħova l-Alla tiegħek, u Ġeħova għażlek biex issir il-poplu tiegħu, poplu speċjali* mill-popli kollha fuq wiċċ l-art.

3 “Tiekol ebda ħaġa moqżieża. 4 Dawn huma l-annimali li tistgħu tieklu: il-barri, in-nagħġa, il-mogħża, 5 iċ-ċerv, l-għażżiel, iċ-ċerv żgħir, il-mogħża salvaġġa, l-antilop, in-nagħġa salvaġġa, u n-nagħġa tal-muntanji. 6 Tistgħu tieklu kull annimal li għandu d-difer maqsum għalkollox fi tnejn u li jixtarr.* 7 Imma m’għandkomx tieklu minn dawn l-annimali li jixtarru jew li għandhom qasma fid-dwiefer: il-ġemel, il-fenek salvaġġ, u l-fenek tad-deżert, għax għalkemm jixtarru, m’għandhomx qasma fid-dwiefer. Dawn mhumiex nodfa għalikom. 8 Il-ħanżir ukoll, għax għalkemm għandu qasma fid-dwiefer, ma jixtarrx. Mhuwiex nadif għalikom. Tiklux il-laħam tagħhom jew tmissu l-ġisem mejjet tagħhom.

9 “Minn kulma jgħix fl-ilmijiet, tistgħu tieklu kulma għandu l-ġwienaħ u l-qxur.* 10 Imma tieklu xejn li m’għandux ġwienaħ u qxur. Mhux nadif għalikom.

11 “Tistgħu tieklu kull għasfur nadif. 12 Imma dawn ma tistgħux tikluhom: l-ajkla, l-arpa, l-avultun iswed, 13 l-astun aħmar, l-astun iswed, kull tip t’astun, 14 kull tip taʼ ċawlun, 15 in-nagħma, il-kokka, il-gawwija, kull tip taʼ seqer, 16 il-kokka żgħira, il-kokka tal-qrun, iċ-ċinju, 17 il-pellikan, l-avultun, il-margun, 18 iċ-ċikonja, kull tip taʼ russett, id-daqquqa tat-toppu, u l-farfett il-lejl. 19 Kull insett bil-ġwienaħ li jgħix fi qtajjaʼ wkoll mhux nadif għalikom. M’għandkomx tikluh. 20 Tistgħu tieklu kull ħliqa nadifa li ttir.

21 “Tiekol ebda annimal li jinstab mejjet. Tistaʼ tagħtih lir-resident barrani li qiegħed fil-bliet* tiegħek għax hu jistaʼ jieklu, jew tistaʼ tbigħu lil barrani. Għax int poplu qaddis għal Ġeħova l-Alla tiegħek.

“Tgħallix gidi f’ħalib ommu.

22 “Qis li tagħti għaxra fil-100* minn kulma tipproduċi ż-żerriegħa tiegħek fl-għelieqi minn sena għal sena. 23 Int tiekol l-għaxra fil-100 taċ-ċereali,* tal-inbid ġdid, taż-żejt, u tal-ewwel frieħ tal-baqar u n-nagħaġ tiegħek quddiem Ġeħova l-Alla tiegħek fil-post li jagħżel biex jiġi mfaħħar ismu, sabiex titgħallem tirrispetta ħafna lil* Ġeħova l-Alla tiegħek dejjem.

24 “Issa jekk il-post li Ġeħova l-Alla tiegħek jagħżel għal ismu jkun ’il bogħod wisq minnek u l-vjaġġ ikun twil wisq għalik, u ma tkunx tistaʼ ġġorr kollox miegħek hemm peress li Ġeħova l-Alla tiegħek ikun bierkek, 25 tkun tistaʼ ssarraf kollox fi flus, tpoġġihom f’basket, u tiħodhom miegħek lejn il-post li jagħżel Ġeħova l-Alla tiegħek. 26 Imbagħad tkun tistaʼ tonfoq il-flus fuq kulma tkun tixtieq*—baqar, nagħaġ, mogħoż, inbid, xorb alkoħoliku ieħor, u kulma jogħġbok;* u tiekol hemmhekk quddiem Ġeħova l-Alla tiegħek u tifraħ flimkien man-nies taʼ darek. 27 Tabbandunax il-Leviti li qegħdin fi blietek, għax m’għandhom ebda sehem jew wirt miegħek.

28 “Fit-tmiem taʼ kull tliet snin, għandek toħroġ l-għaxra fil-100 tal-prodott tiegħek taʼ dik is-sena u tqegħedha fi blietek. 29 Imbagħad il-Levita, li m’għandu ebda sehem jew wirt miegħek, ir-resident barrani, l-orfni,* u l-armla, li qegħdin fi blietek, jiġu u jieklu sa ma jixbgħu, sabiex Ġeħova l-Alla tiegħek ibierkek f’kulma tagħmel.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja