Ġeremija
15 Imbagħad Ġeħova qalli: “Lanqas kieku hawn Mosè u Samwel quddiemi ma nuri ħniena maʼ dan il-poplu. Keċċihom minn quddiemi. Ġegħelhom jitilqu. 2 Jekk jistaqsuk x’se jiġrilhom, għidilhom, ‘Hekk jgħid Ġeħova:
“Xi wħud minnkom se jmutu bil-mard,
Xi wħud se jmutu bix-xabla,
Xi wħud se jmutu bil-ġuħ,
U xi wħud se jmorru fil-jasar.”’
3 Ġeħova jgħid: “‘Jien se nġib fuqhom erbaʼ tipi taʼ kastigi.* Ix-xabla biex toqtol, il-klieb biex ikaxkru l-iġsma mejta tagħhom, u l-għasafar u l-annimali biex jibilgħuhom u jeqirduhom. 4 Jien se nġiegħel lis-saltniet kollha tal-art jitwerwru minħabba dak li ġralhom. Dan minħabba dak li għamel Manasse f’Ġerusalemm. Hu kien it-tifel taʼ Ħeżekija r-re taʼ Ġuda.
5 Ġerusalemm, min se jħenn għalik,
Iħoss għalik, jew jieqaf biex jara kif inti?’
Għalhekk jien se nkompli nuri l-qawwa tiegħi kontrik u neqirdek.
Għajejt nitħassrek.*
7 U se nxerridhom bil-furkettun fil-bliet tal-pajjiż.
Se nħallihom bla tfal.
Jien se neqred il-poplu tiegħi,
Għax huma jridu jibqgħu jagħmlu dak li jridu.
8 In-nisa romol tagħhom se jkunu iktar mir-ramel tal-baħar.
Jien se nġib kontrihom wieħed li jeqred f’nofsinhar, kontra l-ommijiet u t-tfal subien tagħhom.
F’daqqa waħda, se nġegħelhom iħossuhom inkwetati u mwerwrin.
Għalkemm ikun għadu d-dawl tax-xemx, hi qed tara d-dlam,
U b’hekk qed tħossha* tistħi u umiljata.’
‘U l-ftit li fadal jien se nagħtihom lill-għedewwa tagħhom
Biex joqtluhom bix-xabla,’ jgħid Ġeħova.”
10 Ma, ħażin għalija għax wellidtni,
In-nies kollha fil-pajjiż qed jargumentaw u jiġġieldu miegħi.
Jien la sellifthom u lanqas issellift mingħandhom.
Imma kollha qed jisħtuni.
11 Ġeħova jgħid: “Jien żgur se ngħinek;
Jien żgur li se naqbeż għalik fi żmien taʼ inkwiet,
Fiż-żmien tat-tbatija meta jiġi l-għadu.
12 Jistaʼ xi ħadd ikisser f’biċċiet il-ħadid,
Il-ħadid mit-Tramuntana, u r-ram?
13 Minħabba d-dnubiet kollha li għamilt fit-territorji kollha tiegħek,
Jien se nagħti b’xejn ir-riżorsi u l-ġid kollu li għandek lill-għedewwa tiegħek.
14 Jien se nagħtihom lill-għedewwa tiegħek
Biex jiħduhom f’art li ma tafx biha.
Bir-rabja tiegħi qabad nar,
U dan se jaqbad kontrik.”
15 Ġeħova, int taf is-sitwazzjoni tiegħi.
Ftakar fija u agħti kasi.
Agħmel vendetta għalija minn dawk li qed jippersegwitawni.
Tħallinix immut minħabba li ddum biex tirrabja.
Ftakar li jien qed nissaporti dan it-tmaqdir minħabba ismek.
16 Jien irċivejt il-messaġġ tiegħek u ħadtu bis-serjetà;*
U dan sar il-ferħ u l-għaxqa taʼ qalbi,
Għax nissejjaħ b’ismek, Ġeħova l-Alla tal-armati.
17 Jien ma noqgħodx bilqiegħda maʼ dawk li jħobbu jixxalaw u nifraħ magħhom.
Peress li qiegħed taħt l-awtorità tiegħek, noqgħod bilqiegħda waħdi,
Għax int tajtni messaġġ taʼ ġudizzju.*
18 Għala l-ħin kollu muġugħ, u l-ferita tiegħi m’hemmx fejqan għaliha?
Ma tridx tfiq.
Se ssir int għalija bħal sors taʼ ilma
Li ma tistax tistrieħ fuqu?
19 Għalhekk, Ġeħova jgħid:
“Jekk int terġaʼ lura, jien nerġaʼ nkun kuntent bik.
U int taqdini.
Jekk tneħħi dak li ma jiswa għal xejn u żżomm dak li hu taʼ valur,
Int* se tkompli tkun il-kelliemi tiegħi.
Huma se jkollhom iduru lejk,
Imma int mhux se ddur lejhom.”
20 “Se nagħmlek sur tar-ram għal dawn in-nies.
Huma żgur li se jiġġieldu kontrik,
Imma mhux se jegħlbuk.*
Għax jien miegħek biex insalvak u neħilsek,” jgħid Ġeħova.
21 “U jien se neħilsek minn idejn il-ħżiena,
U nsalvak minn idejn il-kattivi.”