Ġob
7 “Il-ħajja taʼ bniedem hi bħal xogħol taʼ bilfors,
U l-ġranet tiegħu huma bħal taʼ ħaddiem mikri.
2 Bħal ilsir, hu jixtieq li l-ġurnata tispiċċa,
U bħal ħaddiem mikri, hu jistenna ħlasu.
3 Bl-istess mod, għal ħafna xhur ħajti kienet għalxejn,
U qattajt ħafna ljieli mdejjaq.
4 Meta nimtedd ngħid, ‘Iġri jisbaħ!’
Għax mal-lejl nixbaʼ nitqalleb ’l hemm u ’l hawn sa filgħodu.
5 Il-ġilda tiegħi mtliet bid-dud u bit-trab;
Hi mimlija qoxra u materja.
6 Il-ġranet tiegħi qed jgħaddu malajr ħafna,
Ħajti qed tispiċċa u m’għandi ebda tama.
8 M’intix se tibqaʼ tarani;
Se tfittixni, imma mhux se nkun hawn.
10 Hu mhux se jerġaʼ lura d-dar tiegħu,
U n-nies mhux se jibqgħu jiftakruh.
11 Għalhekk, mhux se nżomm lura milli nitkellem.
Se nesprimi d-dwejjaq li għandi;
Se ngerger dwar il-problemi tiegħi!*
12 Mela jien bħall-baħar jew xi monstru tal-baħar,
Biex tagħmel għassa fuqi?
13 Meta ngħid li jekk nimtedd se nħossni aħjar,
U li s-sodda se tnaqqasli l-inkwiet,
14 Int twerwirni bil-ħolm,
U tbeżżagħni bil-viżjonijiet,
Nippreferi mmut milli ngħix b’dan il-mod.
16 Ħajti nobgħodha; xbajt ngħix.
Ħallini waħdi, għax il-ġranet tiegħi qed jgħaddu malajr bħal nifs.
17 X’inhu l-bniedem biex tagħti kasu,
U biex tiffoka daqshekk fuqu?
18 Għala teżaminah kull filgħodu,
U tittestjah il-ħin kollu?
19 Tistaʼ tieqaf tħares lejja
U tħallini bi kwieti mqar għal ftit?
20 Jekk jien dnibt, xi ħsara għamiltlek,
Int li tinnota kulma jagħmlu n-nies?
Għala moħħok fija, jaqaw sirt taʼ piż għalik?
21 Għala ma taħfirx id-dnub tiegħi
U tagħlaq għajnejk għall-iżball li għamilt?
Għax daqt immut u nsir trab,
U int tfittixni, imma ma ssibnix.”