LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Rivelazzjoni 21
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti minn Rivelazzjoni

      • Sema ġdida u art ġdida (1-8)

        • Ma jkunx hemm iżjed mewt (4)

        • “Jien qed nagħmel kollox ġdid” (5)

      • Deskrizzjoni taʼ Ġerusalemm il-Ġdida (9-27)

Rivelazzjoni 21:1

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Fuljett għal-Laqgħa Ħajja u l-Ministeru,

    12/2019, p. 6

    It-Torri tal-Għassa,

    6/15/2001, p. 31

    4/15/2000, p. 12

    10/15/1991, p. 5

    12/15/1990, p. 5

Rivelazzjoni 21:2

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin, artiklu 145

    It-Torri tal-Għassa,

    7/15/2010, pp. 4-5

    7/1/1995, p. 21

    4/1/1993, p. 7

    10/15/1991, p. 5

Rivelazzjoni 21:3

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 26

    It-Torri tal-Għassa,

    3/15/2013, p. 23

    10/15/1991, p. 5

    “Ħares!,” pp. 29-30

Rivelazzjoni 21:4

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “L-affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 2

    It-Torri tal-Għassa,

    12/1/2013, p. 11

    9/15/2012, p. 10

    1/15/2012, p. 30

    8/15/2006, p. 31

    4/15/2000, pp. 12-13

    “Ħares!,” pp. 29-30

Rivelazzjoni 21:5

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “żgur.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Fuljett għal-Laqgħa Ħajja u l-Ministeru,

    12/2019, p. 6

    Qrib Lejn Ġeħova, pp. 81-86

    It-Torri tal-Għassa,

    4/15/2000, p. 14

    10/15/1991, p. 5

Rivelazzjoni 21:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “l-A u z-Z.” L-Alfa u l-Omega huma l-ewwel u l-aħħar ittra tal-alfabett Grieg.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    10/2016, p. 16

Rivelazzjoni 21:8

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

  • *

    Dan jirreferi għal tip taʼ ġebla li taqbad bin-nar.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin, artiklu 76

Rivelazzjoni 21:9

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/2007, p. 13

Rivelazzjoni 21:14

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (1997),

    11/1/1997, pp. 8-9

Rivelazzjoni 21:16

Noti taʼ Taħt

  • *

    Madwar 2,220 kilometru. Stejdjum kien daqs 185 metru. Ara App. B14.

Rivelazzjoni 21:17

Noti taʼ Taħt

  • *

    Madwar 64 metru. Ara App. B14.

Rivelazzjoni 21:22

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara App. A5.

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
  • 25
  • 26
  • 27
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Rivelazzjoni 21:1-27

Ir-Rivelazzjoni li Rċieva Ġwanni (L-Apokalissi)

21 Jien rajt sema ġdida u art ġdida, għax is-sema u l-art taʼ qabel spiċċaw, u l-baħar m’għadux jeżisti. 2 Rajt ukoll il-belt il-qaddisa, Ġerusalemm il-Ġdida, nieżla mis-sema fejn hemm Alla. Hi bħal għarusa liebsa sabiħ biex tilqaʼ lir-raġel li se tiżżewweġ. 3 Imbagħad smajt leħen għoli mit-tron jgħid: “It-tinda t’Alla se tkun fost il-bnedmin, u hu se jgħix magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu. Alla stess se jkun magħhom. 4 Hu se jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, dwejjaq, biki, u wġigħ. Alla se jneħħi l-affarijiet kollha li ġegħluna nbatu.”*

5 Il-Wieħed bilqiegħda fuq it-tron qalli: “Jien qed nagħmel kollox ġdid.” Qalli wkoll: “Ikteb, għax dan il-kliem hu taʼ min jafdah* u veru.” 6 U qalli: “Dan il-kliem diġà seħħ! Jien l-Alfa u l-Omega,* il-bidu u t-tmiem. Lil kull min hu bil-għatx se nagħtih jixrob b’xejn mill-għajn tal-ilma tal-ħajja. 7 Kull min jirbaħ lid-dinja se jiret dawn l-affarijiet, u jien inkun l-Alla tiegħu, u hu jkun it-tifel tiegħi. 8 Imma dawk li jibżgħu, li m’għandhomx fidi, li huma diżgustanti, il-qattiela, li jagħmlu l-immoralità sesswali,* li jagħmlu l-ispiritiżmu, li jqimu l-idoli, u l-giddibin kollha, se jiġu mitfugħin fl-għadira li taqbad bin-nar u l-kubrit.* Din tirrappreżenta t-tieni mewt.”

9 Wieħed mis-sebaʼ anġli li kellhom is-sebaʼ skutelli li kienu mimlijin bl-aħħar sebaʼ kastigi ġie ħdejja u qalli: “Ejja ħa nurik l-għarusa, li se tkun il-mara tal-Ħaruf.” 10 Għalhekk, hu uża l-qawwa tal-ispirtu qaddis u ħadni fuq muntanja kbira u għolja. Hu wrieni lil Ġerusalemm, il-belt il-qaddisa, nieżla mis-sema fejn hemm Alla. 11 Din il-belt għandha l-glorja t’Alla u tiddi bħall-iktar ħaġra prezzjuża, bħal ħaġra tad-djaspru li tleqq daqs il-kristall. 12 Din kellha sur kbir u għoli u 12-il bieb b’anġlu maʼ kull wieħed, u fuq il-bibien kien hemm minquxin l-ismijiet tat-12-il tribù t’Iżrael. 13 Kien hemm tliet bibien fil-Lvant, tlieta fit-Tramuntana, tlieta fin-Nofsinhar, u tlieta fil-Punent. 14 Is-sur tal-belt kellu wkoll 12-il ġebla tal-pedament, u fuqhom kien hemm l-ismijiet tat-12-il appostlu tal-Ħaruf.

15 Dak li kien qed ikellimni kellu qasba tad-deheb biex ikejjel il-belt, il-bibien, u s-sur tagħha. 16 Il-belt kienet kwadra, u t-tul u l-wisaʼ tagħha kienu ndaqs. Hu kejjel il-belt bil-qasba u kienet 12,000 stadju;* it-tul, il-wisaʼ, u l-għoli tagħha kienu ndaqs. 17 Hu kejjel ukoll is-sur tagħha, li kien 144 kubitu,* skont il-kejl tal-bnedmin. Dan hu l-istess kejl li uża l-anġlu. 18 Is-sur kien magħmul mid-djaspru, u l-belt mid-deheb pur bħal ħġieġ ċar. 19 Il-pedamenti tas-sur tal-belt kienu mżejnin b’kull tip taʼ ħaġar prezzjuż: l-ewwel pedament kien djaspru, it-tieni żaffir, it-tielet kalċedonju, ir-rabaʼ żmerald, 20 il-ħames sardoniċi, is-sitta sardju, is-sebaʼ krisolitu, it-tmienja berill, id-disaʼ topazju, l-għaxar krisoprasu, il-ħdax ġjaċint, u t-tnax ametist. 21 Ukoll, it-12-il bieb kienu 12-il perla. Kull bieb kien magħmul minn perla. It-triq prinċipali tal-belt kienet magħmula minn deheb pur bħal ħġieġ ċar.

22 Fil-belt ma rajtx tempju, għax Alla Ġeħova* li Jistaʼ Kollox u l-Ħaruf huma t-tempju tagħha. 23 Il-belt ma kellhiex bżonn id-dawl tax-xemx u l-qamar, għax kellha l-glorja t’Alla tiddi fuqha, u l-lampa tagħha kienet il-Ħaruf. 24 Il-popli se jimxu permezz tad-dawl tagħha, u r-rejiet tal-art se jigglorifikawha. 25 Il-bibien tagħha mhux se jingħalqu, għax il-ġurnata mhux se tispiċċa u l-lejl mhux se jeżisti. 26 Il-popli se jigglorifikaw u jonoraw il-belt. 27 Imma kulma hu mniġġes u kull min jagħmel dak li hu diżgustanti u jqarraq żgur li mhux se jidħol fiha. Se jidħlu dawk biss li huma miktubin fl-iskroll tal-ħajja tal-Ħaruf.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja