Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
139 Ġeħova, int rajt x’hemm f’qalbi u tafni.
2 Int taf meta npoġġi u meta nqum.
Int tkun taf il-ħsibijiet tiegħi mill-bogħod.
4 Ġeħova, qabel ma nitkellem,
Tkun diġà taf x’se ngħid.
5 Int qiegħed madwari biex tipproteġini;
Int tiggwidani.
7 Fejn nistaʼ naħrab mill-ispirtu tiegħek,
U fejn nistaʼ ninħeba minnek?
9 Jekk intir b’ħeffa daqskemm jidher malajr id-dawl taʼ meta jisbaħ
U mmur noqgħod fl-iktar baħar ’il bogħod,
10 Anki hemmhekk tiggwidani
U tappoġġani b’idek il-leminija.
11 Jekk ngħid: “Ħadd ma jistaʼ jarani fid-dlam!”
Id-dlam isir dawl għalik.
12 Anki fi dlam ċappa xejn mhu moħbi minnek.
Il-lejl hu mdawwal daqs il-ġurnata
U d-dlam hu bħad-dawl għalik.
14 Jien infaħħrek għax għamiltni b’mod tal-għaġeb.
Jien* naf sew li dak li għamilt int hu tal-għaġeb.
15 Għadmi ma kienx moħbi minnek
Meta ħlaqtni f’post li ħadd ma setaʼ jarah,
Meta kont qed nikber f’żaqq ommi.*
16 Int rajtni anki meta kont għadni embriju;
Id-dettalji taʼ kif ġejt ifformat
Ġew miktubin minn qabel fil-ktieb tiegħek.
17 Għalhekk, il-ħsibijiet tiegħek huma prezzjużi ħafna għalija!
Alla tiegħi, kemm hu kbir l-għarfien tiegħek!
18 Jekk nipprova ngħodd il-ħsibijiet tiegħek,
Dawn ikunu iktar mir-ramel.
Meta nqum, inkun għadni qed ngħoddhom.*
19 Alla tiegħi, mank toqtol lill-ħżiena!
Kieku, in-nies vjolenti* jħalluni bi kwieti.
21 Ġeħova, jien nobgħodhom lil dawk li jobogħduk!
Jien idejquni ħafna dawk li jiħduha kontrik.
22 Jien nobgħodhom ħafna
U nqishom l-għedewwa tiegħi.
23 Alla tiegħi, ara x’hemm f’qalbi u x’tip taʼ persuna jien.
Jekk jogħġbok ara l-ħsibijiet li jinkwetawni.
24 Ara jekk hemmx xi ħaġa ħażina fija
U ggwidani fit-triq li se tibqaʼ għal dejjem.