Żakkarija
“Il-kelma taʼ Ġeħova hi kontra l-art taʼ Ħadrak, u f’Damasku+ tistrieħ; għax għajnejn Ġeħova huma fuq il-bniedem+ u fuq it-tribujiet kollha taʼ Israel; 2 u kontra Ħamat,+ li tmiss magħha; u kontra Tir+ u Sidon,+ għax huma għorrief ferm.+ 3 U Tir bniet sur għaliha, u geddset fidda bħat-trab u deheb bħat-tajn tat-toroq.+ 4 Ara! Ġeħova se jiħdilha li għandha, u l-qawwa militari tagħha jwaddabha fil-baħar;+ u min-nar se tinbelaʼ.+ 5 Askelon se tara u tibżaʼ; u Gaża wkoll se tħoss uġigħ kbir ħafna; Għekron+ ukoll, għax dik li hi ħarset lejha bħala t-tama tagħha+ se jkollha ġġarrab mistħija. U sultan se jgħib minn Gaża, u Askelon ma tkunx abitata.+ 6 Iben illeġittimu+ se jsib postu f’Asdod,+ u jien ċertament li se nqaċċat il-kburija tal-Filisti.+ 7 U se nneħħi l-affarijiet tiegħu mtebbgħin bid-demm minn ħalqu u l-affarijiet moqżieża tiegħu minn bejn snienu,+ u hu wkoll se jitħalla jibqaʼ għal Alla tagħna; u jrid isir bħal xejikk+ f’Ġuda,+ u Għekron bħall-Ġebusi.+ 8 U jien se nikkampja bħala għassies għal dari,+ sabiex ma jkun hemm ħadd li jgħaddi minn hemmhekk u ħadd li jiġi lura; u mhux se jgħaddi iktar minn ġo nofshom xi kap li jimponi x-xogħol,+ għax issa jien rajt dan b’għajnejja.+
9 “Kun ferħana ferm, O bint Sijon.+ Għajjat bil-ferħ taʼ rebħa,+ O bint Ġerusalemm. Ara! Is-sultan tiegħek+ jiġi għandek.+ Hu ġust, iva, salvat;+ umli,+ u riekeb fuq ħmar, saħansitra fuq wild taʼ ħmara.+ 10 U se nqaċċat il-karrijiet tal-gwerra minn Efrajm u ż-żwiemel minn Ġerusalemm.+ U l-qwas tal-battalja+ għandhom jitqaċċtu ’l barra. U hu se jkellem lill-ġnus dwar il-paċi;+ u l-ħakma tiegħu tkun minn baħar sa baħar u mix-Xmara* sa truf l-art.+
11 “U int ukoll, O mara, bid-demm tal-patt tiegħek+ se nibgħat lill-priġunieri tiegħek+ ’il barra mill-ħofra li ma fihiex ilma.
12 “Ejjew lura lejn il-fortizza,+ intom il-priġunieri li għandkom tama.+
“Ukoll, illum qed ngħidlek, ‘Jien se rroddlok lura, O mara, sehem doppju.+ 13 Għax se nħejji lil Ġuda bħala l-qaws tiegħi. Nimla l-qaws b’Efrajm, u nqajjem lil uliedek,+ O Sijon, kontra wliedek, O Greċja,+ u se nagħmlek bħas-sejf taʼ raġel setgħan.’+ 14 U Ġeħova se jidher fuqhom,+ u l-vleġġa tiegħu se toħroġ bħal sajjetta.+ U l-Mulej Sovran Ġeħova se jdoqq il-qarn,+ u jmur maʼ l-irwiefen tan-nofsinhar.+ 15 Ġeħova taʼ l-armati se jiddefendihom, u huma se jibilgħu+ u jrażżnu l-ġebel taʼ l-iżbandola. Se jixorbu+—se jkunu storbjużi—bħallikieku kien hemm l-inbid; u se jimtlew bħall-iskutella, bħall-kantunieri taʼ l-artal.+
16 “U Ġeħova Alla tagħhom se jsalvahom+ f’dak il-jum bħall-merħla tal-poplu tiegħu;+ għax se jkunu jleqqu bħall-ħaġar taʼ dijadema fuq artu.+ 17 Għax O kemm hi kbira tjubitu,+ u kemm hi kbira sbuħitu!+ Il-qmuħ isaħħu lill-ġuvintur, u l-inbid ġdid lix-xebbiet.”+