Żakkarija
11 “Iftaħ il-bibien tiegħek, O Libanu,+ biex in-nar ikun jistaʼ jmur jiblaʼ qalb iċ-ċedri tiegħek.+ 2 Newwaħ, O siġra tal-ġnibru, għax iċ-ċedru waqaʼ; għax is-siġar maestużi ġew rovinati!+ Newħu, siġar immensi tal-Basan, għax il-foresta impenetrabbli nqerdet!+ 3 Isimgħu! It-tinwiħ tar-rgħajja,+ għax il-maestà tagħhom ġiet rovinata.+ Isimgħu! L-għajat taʼ l-iljuni b’saħħithom, għax l-imsaġar folti taʼ mal-Ġordan ġew rovinati.+
4 “Hekk qal Ġeħova Alla tiegħi, ‘Irgħa n-nagħaġ lesti għall-qatla,+ 5 li x-xerrejja tagħhom joqtluhom+ mingħajr ma jinstabu ħatjin.+ U dawk li qed ibigħuhom+ jgħidu: “Ikun imbierek Ġeħova, waqt li jien insir sinjur.”+ U r-rgħajja tagħhom ma juruhom ebda mogħdrija.’+
6 “‘Għax m’iniex se nuri iktar mogħdrija maʼ l-abitanti taʼ l-art,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘Ara, qed inġiegħel lill-bnedmin isibu ruħhom kull wieħed f’id sieħbu+ u f’id is-sultan tiegħu;+ u huma se jfarrku l-art, u ma se neħles lil ħadd minn taħt idejhom.’”+
7 U jien rgħajt lill-merħla+ lesta għall-qatla,+ għan-nom tagħkom, O magħkusin tal-merħla.+ Għalhekk, ħadt żewġ bsaten f’idejja.+ Lil wieħed sejjaħtlu Għaxqa,+ u lill-ieħor sejjaħtlu Unjoni,+ u mort nirgħa lill-merħla. 8 U fl-aħħar neħħejt tliet rgħajja f’xahar qamri wieħed,+ billi maż-żmien ruħi tilfet il-paċenzja magħhom,+ u anki ruħhom stess stkerrhitni. 9 Imbagħad jien għedt: “M’iniex se nibqaʼ nirgħakom.+ Lin-nagħġa li qed tmut, ħalliha tmut. U lil dik li qed tgħib, ħalliha tgħib.+ U inkwantu għal dawk li baqaʼ, ħallihom jibilgħu, kull waħda l-laħam taʼ seħbitha.”+ 10 Mela ħadt il-bastun tiegħi Għaxqa+ u qsamtu biċċiet,+ sabiex nikser il-patt tiegħi li għamilt man-nies kollha.+ 11 U dakinhar inkiser, u b’hekk il-magħkusin tal-merħla+ li kienu qed jarawni+ saru jafu li kienet il-kelma taʼ Ġeħova.
12 Imbagħad għedtilhom: “Jekk hu tajjeb f’għajnejkom,+ agħtuni ħlasi; imma jekk le, tagħtuhulix.” U huma tawni ħlasi, tletin biċċa tal-fidda.+
13 Għal dan, Ġeħova qalli: “Itfgħu fit-teżorerija+—il-valur maestuż li bih jien ġejt stmat mill-ħarsa tagħhom.”+ Għaldaqstant, jien ħadt it-tletin biċċa tal-fidda u tfajthom fit-teżorerija fid-dar taʼ Ġeħova.+
14 Imbagħad qsamt it-tieni bastun tiegħi f’biċċiet, l-Unjoni,+ sabiex nikser il-fratellanza+ taʼ bejn Ġuda u Israel.+
15 U Ġeħova qalli: “Erġaʼ ħu għalik l-għodda taʼ ragħaj li ma jiswa għal xejn.+ 16 Għax, ara, inħalli ragħaj iqum fil-pajjiż.+ Hu ma jiħux ħsieb in-nagħaġ li qed jgħibu.+ Liż-żgħira ma jfittixhiex, u lill-imweġġgħa ma jfejjaqhiex.+ Lil dik f’saħħitha ma jitmagħhiex, u jiekol il-laħam tas-smina,+ u jqaċċat id-dwiefer tan-nagħaġ.+ 17 Gwaj għar-ragħaj tiegħi bla siwi,+ li qed jitlaq lill-merħla!+ Sejf se jkun hemm fuq driegħu u fuq għajnu l-leminija. Driegħu bla dubju se jinxef,+ u għajnu l-leminija bla dubju se tiċċajpar.”