Mikea
5 “F’dan iż-żmien int tqattaʼ lilek innifsek,+ O bint l-invażjoni; hu qed jassedjana.+ Bil-ħatar se jolqtuh fuq ħaddejh lill-imħallef taʼ Israel.+
2 “U int, O Betlehem t’Efrata,+ li int ċkejkna wisq biex tkun fost l-eluf taʼ Ġuda,+ minnek+ għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel,+ li l-oriġini tiegħu hi mill-qedem, mill-jiem taʼ żmien twil ilu.*+
3 “Għalhekk, Alla se jitlaqhom+ sa ma jasal iż-żmien meta dik li se tiled, fil-fatt, tkun wildet.+ U l-bqija taʼ ħutu jerġgħu lura lejn ulied Israel.
4 “U hu joqgħod bil-wieqfa u jirgħa bis-saħħa taʼ Ġeħova,+ bil-maestà taʼ l-isem taʼ Ġeħova Alla tiegħu.+ U huma jibqgħu jgħammru fis-sigurtà,+ għax issa hu jkun kbir sa truf l-art.+ 5 U dan iġib is-sliem.+ Inkwantu għall-Assirjan, meta jidħol f’artna u meta jirfes fit-torrijiet fejn ngħammru,+ ikollna nqajmu kontrih sebaʼ rgħajja, iva, tmien duki minn fost il-bnedmin. 6 U huma jirgħu l-art taʼ l-Assirja bis-sejf,+ u l-art taʼ Nimrod+ fid-daħliet tagħha. U hu jeħlisna mill-Assirjan+ meta dan jidħol f’artna u meta jirfes fuq it-territorju tagħna.
7 “U l-fdal taʼ Ġakobb+ ikun f’nofs ħafna popli bħal nida mingħand Ġeħova,+ bħal ħalbiet spissi fuq il-ħaxix,+ li la jittamaw fil-bniedem u lanqas jistennew xejn minn ulied il-bniedem taʼ l-art.+ 8 U l-fdal taʼ Ġakobb ikun fost il-ġnus, f’nofs ħafna popli, bħal iljun qalb il-bhejjem tal-foresta, bħal iljun b’saħħtu qalb l-imrieħel tan-nagħaġ li, meta jgħaddi, jgħaffeġ u jqattaʼ biċċiet;+ u ma jkunx hemm ħellies. 9 Idek tkun ħafna iktar ’il fuq mill-avversarji tiegħek,+ u l-għedewwa kollha tiegħek jinqerdu.”+
10 “U dakinhar irid iseħħ,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “li nneħħi ż-żwiemel minn nofsok u neqred il-karrijiet tiegħek.+ 11 U neqred il-bliet t’artek u nġarraf il-postijiet fortifikati kollha tiegħek.+ 12 U neqred is-sħarijiet minn idek, u ma jkollokx iktar lil min jipprattika l-maġija.+ 13 U neqred ix-xbihat minquxin tiegħek u l-pilastri tiegħek minn ġo nofsok, u ma tmilx iktar quddiem xogħol idejk.+ 14 U naqlaʼ mill-għeruq l-arbli sagri tiegħek+ minn ġo nofsok u nġib fix-xejn il-bliet tiegħek. 15 U fir-rabja u fil-korla nagħmel vendetta mill-ġnus li m’obdewx.”+