Danjel
8 Fit-tielet sena tar-renju tas-Sultan Belsassar,+ jien, Danjel, iva, jien, kelli viżjoni oħra wara dik li kelli fil-bidu.+ 2 U bdejt nara fil-viżjoni; u ġara, waqt li kont qed nara, li jien kont fil-kastell taʼ Susan,+ li qiegħed fil-provinċja t’Għelam;+ u bdejt nara fil-viżjoni, u sibt ruħi ħdejn il-kanal taʼ l-ilma t’Ulaj.+ 3 Meta rfajt għajnejja ħarist, u rajt muntun+ wieqaf quddiem il-kanal taʼ l-ilma, u kellu żewġt iqrun. U ż-żewġt iqrun kienu twal, imma wieħed kien itwal mill-ieħor, u l-itwal kien dak li telaʼ wara.+ 4 Rajt il-muntun jagħti bi qrunu lejn il-punent u lejn it-tramuntana u lejn in-nofsinhar, u ebda bhima salvaġġa ma baqgħet wieqfa quddiemu, u ma kien hemm ħadd li ħeles minn taħt idejh.+ U għamel li ried, u tkabbar.
5 U jien, min-naħa tiegħi, bqajt inħares sew, u, ara, kien hemm bodbod+ ġej minn inżul ix-xemx fuq wiċċ l-art kollha, u ma kienx qed imiss maʼ l-art. U l-bodbod kellu qarn li jispikka bejn għajnejh.+ 6 U baqaʼ ġej dritt għal fuq il-muntun li kellu ż-żewġt iqrun u li kont rajt wieqaf quddiem il-kanal taʼ l-ilma; u ġie jiġri lejh b’dagħdigħa kbira fuqu.
7 U rajtu riesaq qrib il-muntun, u beda juri mibegħda lejh, u ħebb għall-muntun u kissirlu ż-żewġt iqrun tiegħu, u l-muntun ma kellu ebda qawwa fih biex jieqaf quddiemu. Għalhekk, tefgħu maʼ l-art u għaffġu taħt saqajh, u l-muntun ma kellu lil ħadd biex jeħilsu minn taħt idejh.+
8 U l-bodbod, min-naħa tiegħu, tkabbar b’mod estrem;+ imma malli sar setgħan, il-qarn il-kbir inkiser, u minfloku telgħu erbgħa li jispikkaw, lejn l-erbat irjieħ tas-smewwiet.+
9 U minn wieħed minnhom ħareġ qarn ieħor, wieħed żgħir,+ u baqaʼ jikber dejjem iktar lejn in-nofsinhar u lejn tlugħ ix-xemx u lejn id-Dekorazzjoni.+ 10 U baqaʼ jikber dejjem iktar sakemm wasal sa l-armata tas-smewwiet,+ tant li ġiegħel lil xi wħud mill-armata u lil xi wħud mill-kwiekeb+ jaqgħu lejn l-art, u beda jgħaffiġhom taħt saqajh.+ 11 U baqaʼ jitkabbar sakemm wasal sal-Prinċep+ taʼ l-armata, u mingħandu ttieħed is-sagrifiċċju offrut regolarment,+ u l-post stabbilit tas-santwarju tiegħu ġġarraf.+ 12 U minħabba l-ksur tal-liġi,+ l-armata ngħatat f’idejh bil-mod il-mod,+ flimkien mas-sagrifiċċju offrut regolarment;+ u baqaʼ jixħet il-verità+ lejn l-art,+ u aġixxa u kellu suċċess.+
13 U smajt lil ċertu wieħed qaddis+ jitkellem, u qaddis ieħor qal lil dak il-wieħed li kien qed jitkellem: “Kemm se tkun twila l-viżjoni tas-sagrifiċċju offrut regolarment+ u tal-ksur tal-liġi li qed iġib ħerba,+ u kemm se jdumu jitgħaffġu taħt is-saqajn kemm il-post qaddis u kemm l-armata?”+ 14 Għalhekk, qalli: “Sa elfejn u tliet mitt għaxija u għodwa; u l-post qaddis jinġieb fil-kundizzjoni xierqa tiegħu.”+
15 Imbagħad ġara li, waqt li jien, Danjel, kont qed nara l-viżjoni u nipprova nifhem,+ ara, kien hemm bil-wieqfa faċċata tiegħi xi ħadd li kellu dehra taʼ raġel b’saħħtu.+ 16 U bdejt nismaʼ leħen taʼ bniedem f’nofs l-Ulaj,+ u hu għajjat u qal: “Gabrijel,*+ ġiegħel lil dak li hemm hemmhekk jifhem dak li ra.”+ 17 Għalhekk, ġie ħdejja fejn kont wieqaf, imma meta ġie twerwirt u nxtħett wiċċi fl-art. U qalli: “Ifhem,+ O bin il-bniedem,+ li l-viżjoni hi għal żmien it-tmiem.”+ 18 U waqt li kien qed ikellimni, irqadt fil-fond wiċċi maʼ l-art.+ Għalhekk, messni u ġegħelni nqum bil-wieqfa fejn kont wieqaf qabel.+ 19 U ssokta jgħidli: “Ara! Qed inġiegħlek tkun taf x’se jseħħ fl-aħħar parti tal-kundanna, għaliex hi għaż-żmien stabbilit tat-tmiem.+
20 “Il-muntun li rajt int u li kellu ż-żewġt iqrun jirrappreżenta lis-slaten tal-Medja u tal-Persja.+ 21 U l-bodbod sufi jirrappreżenta lis-sultan tal-Greċja;+ u l-qarn il-kbir li kien bejn għajnejh jirrappreżenta lill-ewwel sultan.+ 22 U peress li dan il-wieħed inkiser, u b’hekk kien hemm erbgħa li fl-aħħar qamu minfloku,+ minn ġensu se jqumu erbaʼ saltniet, imma ma jkollhomx il-qawwa tiegħu.
23 “U fl-aħħar parti taʼ saltnathom, hekk kif dawk li jiksru l-liġi jilħqu l-milja taʼ dnubiethom, iqum sultan wiċċu feroċi u jifhem il-kliem komplikat.+ 24 U l-qawwa tiegħu ssir setgħana, imma mhux bil-qawwa tiegħu stess.+ U b’mod taʼ l-għaġeb se jikkaġuna rovina,+ u se jkollu suċċess u jaħdem b’mod effettiv. U se jeqred lis-setgħanin, kif ukoll lill-poplu tal-qaddisin.+ 25 U bid-dehen tiegħu l-qerq se jirnexxi f’idu.+ U se jitkabbar f’qalbu,+ u meta ma jkunx hemm ansjetà+ jeqred lil ħafna. U jqum kontra l-Prinċep tal-prinċpijiet,+ u se jitkisser imma mhux bl-id taʼ bniedem.+
26 “U dak li deher dwar l-għaxija u l-għodwa, dak li ntqal, hu veru.+ U int, min-naħa tiegħek, żommha sigrieta l-viżjoni, għax għad iridu jgħaddu ħafna jiem.”+
27 U jien, Danjel, ħassejtni bla saħħa u mradt għal xi jiem.+ Imbagħad qomt u għamilt ix-xogħol tas-sultan;+ imma bqajt imbellah b’dak li rajt, u ma kien hemm ħadd li fehemha.+