Ġob
33 “Imma issa, jekk jogħġbok Ġob, ismaʼ kliemi,
Ismaʼ dak kollu li se ngħid.
2 Se jkolli niftaħ ħalqi;
Ilsieni se jitkellem.
3 Dak li se ngħid ġej mill-onestà taʼ qalbi,
U b’xofftejja se ngħid b’mod sinċier dak li naf.
4 Alla għamilni permezz tal-ispirtu tiegħu,
Dak li Jistaʼ Kollox tani l-ħajja bin-nifs tiegħu.
6 Jien bħalek f’għajnejn l-Alla l-veru;
Anki jien mit-tafal magħmul.
7 Għalhekk, m’għandekx għalfejn titwerwer minni,
M’iniex se nkissrek bi kliemi.
8 Imma jien smajtek titkellem,
U int għedt dan iktar minn darba:
9 ‘Jien mhux ħati, m’għamilt xejn ħażin;
Jien nadif, ma żbaljajtx.
10 Imma Alla jsib għal xiex jiħodha kontrija;
Hu jqisni bħala għadu tiegħu.
Joqgħod għassa għal kull fejn immur.’
12 Imma int m’għandekx raġun tgħid hekk, allura se nwieġbek:
Alla hu ħafna iktar għaref mill-bniedem.
13 Għala qed tgerger kontrih?
Għax ma takx tweġiba għal dak kollu li għedt?
14 Alla jitkellem għal darba wara l-oħra,
Imma ħadd ma jagħti kas.
15 Hu jagħmel dan f’ħolma, f’viżjoni billejl,
Meta n-nies jorqdu fil-fond,
Waqt li jkunu reqdin fis-sodda tagħhom.
16 Hu jkellimhom f’widnejhom
U jgħidilhom x’għandhom jagħmlu.
17 B’hekk iwaqqaf bniedem milli jagħmel il-ħażin
U jipproteġih mill-kburija.
19 Bniedem jistaʼ jitgħallem xi ħaġa anki meta jkun muġugħ fis-sodda
U meta l-għadam tiegħu juġgħu l-ħin kollu.
20 Tant ikun muġugħ li anki l-ħobż jitqażżeż,
U lanqas l-aqwa ikel ma jkun irid jiekol.
23 Imma jekk imur anġlu* għandu,
Wieħed minn elf li jaqbeż għalih,
Biex jgħidlu x’inhu tajjeb,
24 Imbagħad Alla jurih ħniena u jgħid,
‘Tħallihx jinżel fil-ħofra!*
Sibt fidwa* biex neħilsu!
25 Ħa jsir* b’saħħtu iktar minn meta kien żagħżugħ;
Ħa jerġaʼ jkollu l-enerġija bħal meta kien żagħżugħ.’
26 Hu jitlob bil-ħniena lil Alla u dan jaċċettah.
Se jgħajjat bil-ferħ meta jara wiċċ Alla,
U Alla jerġaʼ jqisu raġel tajjeb.
31 Ġob, oqgħod attent u ismagħni!
Ibqaʼ kwiet, u jien inkompli nitkellem.
32 Imma jekk għandek xi ħaġa x’tgħid, wiġibni.
Tkellem, għax nixtieq nuri li int innoċenti.
33 Imma jekk m’għandekx x’tgħid, ismaʼ lili;
Ibqaʼ kwiet, u jien ngħallmek l-għerf.”