Salm
Lid-direttur. Għanja.
66 Nies tal-art kollha, għajtu bil-ferħ u faħħru lil Alla.
2 Faħħru bil-kant lil* ismu glorjuż.
Igglorifikawh u faħħruh.
3 Għidu lil Alla: “Dak li tagħmel hu tal-għaġeb!
L-għedewwa tiegħek se jiġu għandek imbeżżgħin
Minħabba l-qawwa kbira tiegħek.
4 In-nies kollha se jmilu quddiemek,
Huma se jfaħħruk bil-kant;
Se jfaħħru bil-kant lil ismek.” (Sela)
5 Ejjew araw x’għamel Alla.
Dak li għamel għan-nies hu tal-għaġeb.
6 Hu bidel il-baħar f’art niexfa;
Il-poplu qasam ix-xmara bil-mixi.
Hemmhekk bdejna nifirħu minħabba dak li għamel għalina.
7 Hu jmexxi għal dejjem bil-qawwa tiegħu.
Hu jżomm għajnejh fuq il-popli.
Dawk taʼ rashom iebsa m’għandhomx jitkabbru. (Sela)
8 Faħħru lill-Alla tagħna, intom il-popli,
U ħa jiġi mfaħħar b’leħen għoli.
10 Għax int eżaminajtna, Alla tagħna;
Int irfinajtna bħalma tiġi rfinuta l-fidda.
12 Int ħallejt lin-nies jgħaddu minn fuqna;*
Aħna batejna bħallikieku għaddejna min-nar u l-ilma;
Imbagħad ħadtna f’post taʼ mistrieħ.
13 Jien se niġi fid-dar tiegħek b’offerti sħaħ tal-ħruq;
Jien se nżomm kelmti,
14 Dak li wegħedtek meta kont għaddej mill-inkwiet.
15 Se noffrilek offerti tal-ħruq t’annimali msemmnin
Mad-duħħan tas-sagrifiċċji tal-imtaten.
Jien se noffri barrin mal-bdabad. (Sela)
16 Intom li għandkom rispett kbir lejn* Alla, ejjew isimgħu,
U jien ngħidilkom dak li għamel għalija.*
17 Jien għajjattlu għall-għajnuna u gglorifikajtu.
18 Kieku jien żammejt f’qalbi,
Ġeħova ma kienx jismagħni.
19 Imma Alla semagħni;
Ta kas it-talba tiegħi.