LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 34
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Ġeħova juri l-art lil Mosè (1-4)

      • Mosè jmut (5-12)

Dewteronomju 34:2

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jiġifieri l-Baħar il-Kbir, il-Mediterran.

Dewteronomju 34:4

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Lil dawk li se jiġu minnek.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 2/2020, p. 1

Dewteronomju 34:6

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 9/2021, p. 2

Dewteronomju 34:9

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “bl-għerf li jiġi mill-ispirtu t’Alla.”

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 34:1-12

Dewteronomju

34 Imbagħad Mosè telaʼ mill-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab għal fuq il-Muntanja Nebo, fuq il-quċċata tal-Pisga, li hi faċċata taʼ Ġeriko. U Ġeħova wrieh l-art kollha, minn Gilegħad sa Dan, 2 u Naftali kollu u l-art t’Efrajm u Manasse, u l-art kollha taʼ Ġuda sal-baħar tal-Punent,* 3 u n-Negeb u d-distrett tal-Ġordan, il-pjanura fil-wied taʼ Ġeriko, il-belt tas-siġar tal-palm, sa Sogħar.

4 Imbagħad Ġeħova qallu: “Din hi l-art li dwarha ħlift lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb, u għedt, ‘Lid-dixxendenti tiegħek* se nagħtiha.’ Jien ħallejtek taraha b’għajnejk stess, imma m’intix se taqsam għal hemmhekk.”

5 Imbagħad Mosè, il-qaddej taʼ Ġeħova, miet hemmhekk fl-art taʼ Mowab bħalma kien qal Ġeħova. 6 Hu difnu fil-wied fl-art taʼ Mowab, faċċata taʼ Bet-pegħor, u sa dan il-jum ħadd ma jaf fejn hu l-qabar tiegħu. 7 Mosè kellu 120 sena meta miet. Hu kien għadu jara ċar u b’saħħtu. 8 In-nies t’Iżrael damu 30 jum jibku lil Mosè fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab. Imbagħad għaddew il-jiem tal-biki u tal-vistu għal Mosè.

9 Ġożwè bin Nun kien mimli bl-għerf,* għax Mosè kien qiegħed idu fuqu u inkarigah. U l-Iżraelin bdew jisimgħu minnu, u għamlu bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 10 Imma qatt ma reġaʼ kien hemm f’Iżrael profeta bħal Mosè, li Ġeħova kien jafu wiċċ imb wiċċ. 11 Hu għamel is-sinjali u l-mirakli kollha li Ġeħova bagħtu jagħmel fl-art tal-Eġittu quddiem il-Fargħun, il-qaddejja kollha tiegħu, u l-art kollha tiegħu, 12 u hu wera id b’saħħitha u qawwa tal-għaġeb quddiem għajnejn Iżrael kollu.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja