LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 31
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Mosè wasal biex imut (1-8)

      • Qari pubbliku tal-Liġi (9-13)

      • Ġożwè jiġi inkarigat (14, 15)

      • Titbassar ir-ribelljoni t’Iżrael (16-30)

        • Għanja biex jitgħallmuha l-Iżraelin (19, 22, 30)

Dewteronomju 31:2

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “noħroġ u nidħol.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/1/2006, p. 31

Dewteronomju 31:6

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (1998),

    8/15/1998, pp. 10-11

Dewteronomju 31:9

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Dewteronomju 31:10

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Tined Temporanji.”

Dewteronomju 31:11

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    3/15/2007, p. 20

Dewteronomju 31:12

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “iċ-ċkejknin.”

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

  • *

    Letteralment “jibżgħu minnu.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    4/15/2010, p. 3

    9/15/2004, p. 27

    3/15/2000, p. 17

Dewteronomju 31:13

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “jibżgħu minn.”

Dewteronomju 31:14

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ħudu postkom.”

Dewteronomju 31:16

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “timtedd maʼ missirijietek.”

  • *

    Jew “jagħmlu prostituzzjoni spiritwali maʼ.”

Dewteronomju 31:19

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “Qegħduha f’ħalqhom.”

Dewteronomju 31:20

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “art li tnixxi ħalib u għasel.”

  • *

    Letteralment “jeħxienu.”

Dewteronomju 31:23

Noti taʼ Taħt

  • *

    Milli jidher tirreferi għal Alla.

Dewteronomju 31:27

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “għonqkom iebes.”

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
  • 25
  • 26
  • 27
  • 28
  • 29
  • 30
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 31:1-30

Dewteronomju

31 Imbagħad Mosè ħareġ u qal dan il-kliem lill-poplu t’Iżrael kollu: 2 “Illum għandi 120 sena. Ma nistax niggwidak* iktar, għax Ġeħova qalli, ‘M’intix se taqsam dan il-Ġordan.’ 3 Ġeħova l-Alla tiegħek jaqsam quddiemek, u hu stess se jeqred għalkollox lil dawn il-popli quddiemek, u int tkeċċihom. Hu Ġożwè li se jiggwidak biex taqsam, bħalma qal Ġeħova. 4 Ġeħova se jagħmlilhom bħalma għamel lil Siħon u lil Għog, ir-rejiet tal-Amurrin, u lil arthom meta qeridhom għalkollox. 5 Ġeħova se jirbħilhom għalik, u trid tagħmlilhom skont il-kmandamenti kollha li tajtek. 6 Kun kuraġġuż u sod. Tibżax u titwerwirx quddiemhom, għaliex Ġeħova l-Alla tiegħek qed jimxi miegħek. La se jitilqek u lanqas jabbandunak.”

7 Imbagħad Mosè għajjat lil Ġożwè u quddiem għajnejn Iżrael kollu qallu: “Kun kuraġġuż u sod, għaliex int il-wieħed li se ddaħħal lil dan il-poplu fl-art li Ġeħova ħalef lil missirijiethom li jagħtihom, u int tagħtiha lilhom bħala wirt. 8 Ġeħova qed jimxi quddiemek, u hu se jibqaʼ miegħek. La se jitilqek u lanqas jabbandunak. Tibżax u titwerwirx.”

9 Imbagħad Mosè kiteb din il-Liġi u taha lill-qassisin Leviti li jġorru l-arka tal-patt taʼ Ġeħova, u lill-anzjani* kollha t’Iżrael. 10 Mosè kkmandahom u qalilhom: “Fi tmiem kull sebaʼ snin, fiż-żmien stabbilit fis-sena tal-ħelsien, matul il-Festa tal-Għerejjex,* 11 meta l-Iżraelin kollha jidhru quddiem Ġeħova l-Alla tiegħek fil-post li jagħżel, int trid taqra din il-Liġi biex Iżrael kollu jismagħha. 12 Laqqaʼ l-poplu, l-irġiel, in-nisa, it-tfal,* u r-residenti barranin li qegħdin fil-bliet* tiegħek, biex jisimgħu u jitgħallmu dwar Ġeħova l-Alla tagħkom, jirrispettawh ħafna,* u joqogħdu attenti li jagħmlu l-kliem kollu taʼ din il-Liġi. 13 Imbagħad, it-tfal tagħhom li ma jkunux jafu din il-Liġi jisimgħu u jitgħallmu jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova l-Alla tagħkom il-jiem kollha li tgħixu fl-art li għaliha qed taqsmu l-Ġordan.”

14 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Qorob iż-żmien biex tmut. Għajjat lil Ġożwè u morru* fit-tinda tal-laqgħa biex jien ninkarigah.” Għalhekk, Mosè u Ġożwè marru fit-tinda tal-laqgħa. 15 Imbagħad Ġeħova deher ħdejn it-tinda fil-kolonna tas-sħab, u l-kolonna tas-sħab qagħdet ħdejn id-daħla tat-tinda.

16 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Int daqt se tmut,* u dawn in-nies se jibdew iqimu* l-allat barranin li hemm fl-art li sejrin fiha. Huma se jabbandunawni u jiksru l-patt tiegħi li għamilt magħhom. 17 F’dak iż-żmien, nirrabja ħafna kontrihom, u nabbandunahom u naħbi wiċċi minnhom sakemm jinqerdu. Imbagħad wara li jiġu fuqhom gwaj u tbatija kbira, huma jgħidu, ‘Hu minħabba li l-Alla tagħna mhux qiegħed f’nofsna li ġie fuqna dan il-gwaj!’ 18 Imma jien nibqaʼ naħbi wiċċi dakinhar minħabba l-ħażen kollu li għamlu meta daru lejn allat oħrajn.

19 “Issa iktbu din l-għanja għalikom u għallmuha lill-Iżraelin. Għidulhom jitgħallmuha* sabiex din isservi bħala x-xhieda tiegħi kontra l-Iżraelin. 20 Meta niħodhom fl-art li dwarha ħlift lil missirijiethom, art li tipproduċi ħafna,* u huma jieklu sa ma jixbgħu u jkollhom il-ġid,* huma se jduru lejn allat oħrajn u jaqduhom u juruni nuqqas taʼ rispett u jiksru l-patt tiegħi. 21 Meta jiġu fuqhom gwaj u tbatija kbira, din l-għanja sservi bħala xhieda għalihom (għax dawk li se jiġu minnhom m’għandhomx jinsewha), għax jien diġà naf x’beħsiebhom jagħmlu anki qabel ma ndaħħalhom fl-art li ħlift dwarha.”

22 Għalhekk, Mosè kiteb din l-għanja dakinhar u għallimha lill-Iżraelin.

23 Imbagħad hu* inkariga lil Ġożwè bin Nun u qallu: “Kun kuraġġuż u sod, għax int il-wieħed li se ddaħħal lill-Iżraelin fl-art li jien ħliftilhom dwarha, u jien nibqaʼ miegħek.”

24 Malli Mosè spiċċa jikteb fi ktieb il-kliem kollu taʼ din il-Liġi, 25 hu kkmanda lil-Leviti li jġorru l-arka tal-patt taʼ Ġeħova, u qal: 26 “Ħudu dan il-ktieb tal-Liġi u qegħduh mal-ġenb tal-arka tal-patt taʼ Ġeħova l-Alla tagħkom, u dan iservi bħala xhieda kontrikom. 27 Għax jien stess naf tajjeb kemm intom ribellużi u raskom iebsa.* Jekk kontu tant ribellużi kontra Ġeħova waqt li jien għadni ħaj magħkom, aħseb u ara wara li mmut! 28 Laqqaʼ lill-anzjani kollha tat-tribujiet tagħkom u l-uffiċjali tagħkom ħalli ngħidilhom dan il-kliem biex jisimgħuh, u jien nieħu bħala xhieda kontrihom lil dawk kollha fis-sema u fl-art. 29 Għax jien naf tajjeb li wara li mmut, intom żgur li se taġixxu b’mod mill-agħar u se titbiegħdu mit-triq li kkmandajtkom dwarha. U fiż-żmien li ġej żgur li se jiġi fuqkom il-gwaj, għax se tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova u toffenduh bix-xogħlijiet taʼ jdejkom.”

30 Imbagħad biex il-kongregazzjoni kollha t’Iżrael tisimgħu, Mosè reġaʼ qal il-kliem taʼ din l-għanja mill-bidu sal-aħħar:

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja