Salm
IT-TIELET KTIEB
(Salmi 73-89)
Għanja t’Asaf.
73 Alla vera qed jagħmel affarijiet tajbin għall-Iżraelin, għal dawk taʼ qalb onesta.
2 Min-naħa tiegħi, għal naqra ma ħriġtx mit-triq it-tajba;
Għal naqra ma waqajtx.
5 Huma ma jkollhomx inkwiet bħal nies oħra,
U lanqas ibatu bħal bnedmin oħra.
8 Iwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħidu affarijiet ħżiena.
B’arroganza jheddu lin-nies li se jaħqruhom.
9 Huma jiftaħru bħallikieku qegħdin fis-sema,
U fuq l-art bi kburija jgħidu dak li jridu.
11 Huma jgħidu: “Alla kif se jkun jaf?
L-Iktar Għoli kif se jkun jaf x’inhu jiġri?”
12 Iva, dawn huma l-ħżiena li dejjem ikollhom ħajja faċli.
Huma jkomplu jżidu l-ġid tagħhom.
13 Żgur li għalxejn żammejt qalbi nadifa
U ħsilt idejja biex nuri li jien innoċenti.
14 Kont inkwetat il-ġurnata kollha;
Kull filgħodu kont niġi kkoreġut.
16 Meta pprovajt nifhem dan kollu,
Sibtu diffiċli.
17 Imma meta dħalt fis-santwarju grandjuż tiegħek, Alla tiegħi,
Fhimt x’se jkun il-futur tagħhom.
18 Int żgur li se tqegħedhom fuq art tiżloq.
Għalhekk se jaqgħu u jinqerdu.
19 Huma se jitħarbtu f’daqqa;
It-tmiem tagħhom se jiġi f’daqqa u jkun tal-biżaʼ.
20 Ġeħova int se tinsiehom u twarrabhom
Bħal xi ħadd li jinsa dak li jkun ħolom meta jqum.
22 Ma kontx qed nirraġuna u ma fhimtx sew;
Għalik, jien kont qisni annimal li m’għandux sens.
23 Imma issa jien il-ħin kollu nistrieħ fuqek;
Int żammejtni minn idi l-leminija.
24 Int tiggwidani bil-pariri tiegħek,
U wara turini li tapprovani.
25 Min hemm iktar fis-sema li jistaʼ jgħinni?
Sakemm għandi lilek ma nixtieq xejn iktar fuq l-art.
26 Ġismi u qalbi jistgħu jiddgħajfu,
Imma Alla hu l-blata li nistaʼ niddependi minnu b’qalbi kollha.
Hu s-sehem tiegħi għal dejjem.
27 Dawk li jżommu ’l bogħod minnek żgur li se jiġu fix-xejn.
Int se teqred* lil kull min mhux leali lejk.*
28 Imma ngħid għalija, li nersaq qrib tiegħek hu taʼ benefiċċju.
Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* jien lejk indur għall-protezzjoni,
Biex inxandar dak kollu li int għamilt.