It-Tieni Ittra taʼ Ġwanni
1 Jien għandi ż-żmien* u qed nikteb lilek, is-sinjura magħżula,* u lit-tfal tiegħek, li jien vera nħobb. Mhux jien biss inħobbkom, imma anki dawk kollha li saru jafu bil-verità, 2 għax il-verità hi f’qalbna u se tibqaʼ hemm għal dejjem. 3 L-Alla l-Missier u Ibnu Ġesù Kristu juruna qalb tajba kbira, ħniena, u jgħinuna nkunu fil-paċi. Ukoll, huma jħobbuna u jgħallmuna l-verità.
4 Jien tgħidx kemm fraħt meta sirt naf li għandek xi tfal qed jgħixu fi qbil mal-verità, bħalma kkmandana Missierna. 5 Sinjura, għalhekk qed niktiblek, ħalli nitolbok biex inħobbu lil xulxin. Dan mhux kmandament ġdid, imma wieħed li ilna nafu bih mill-bidu. 6 L-imħabba tinvolvi li nobdu l-kmandamenti tiegħu. Dan hu l-kmandament li smajtu mill-bidu: Komplu ħobbu lil xulxin. 7 Ibqgħu uru l-imħabba, għax hawn ħafna li jqarrqu fid-dinja. Dawn ma jaċċettawx li Ġesù Kristu ġie fuq l-art bħala bniedem. Min jagħmel hekk hu l-qarrieq u l-antikrist.
8 Oqogħdu attenti li ma titilfux dak kollu li ħdimna għalih, ħalli tirċievu l-barkiet kollha li Alla pprepara għalikom. 9 Min ma jimxix mat-tagħlim tal-Kristu u jgħallem xi ħaġa oħra, mhux qaddej t’Alla. Imma min ikompli jimxi mat-tagħlim tal-Kristu, hu qaddej tal-Missier u dixxiplu tal-Iben. 10 Jekk xi ħadd jiġi għandkom u ma jgħallimx skont dak li għallem Kristu, taċċettawhx f’darkom u ssellmulux. 11 Għax min isellimlu jkun qed jappoġġa l-affarijiet ħżiena li qed jagħmel.
12 Għalkemm għandi ħafna affarijiet x’ngħidilkom, ma nixtieqx noqgħod nikteb dwar dan, imma nittama li niġi għandkom u nkellimkom wiċċ imb wiċċ, biex b’hekk tkunu ferħanin ħafna.
13 It-tfal t’oħtok il-magħżula jsellu għalik.