Ġenesi
10 Din hi l-istorja taʼ Sem, Ħam, u Ġafet, it-tfal taʼ Noè.
Wara d-Dulluvju beda jkollhom it-tfal. 2 It-tfal ta’ Ġafet kienu Gomer, Magog, Madaj, Ġawan, Tubal, Mesek, u Tiras.
3 It-tfal taʼ Gomer kienu Askenaż, Rifat, u Togarma.
4 It-tfal taʼ Ġawan kienu Elisa, Tarsis, Kittim, u Dodanim.
5 Xi wħud mill-familja tagħhom inxterdu fil-gżejjer u ssetiljaw fil-pajjiżi tagħhom skont il-lingwi, il-familji, u l-popli tagħhom.
6 It-tfal taʼ Ħam kienu Kus, Misrajm, Put, u Kangħan.
7 It-tfal taʼ Kus kienu Seba, Ħawila, Sabta, Ragħma, u Sabteka.
It-tfal taʼ Ragħma kienu Xeba u Dedan.
8 Kus kellu lil Nimrod. Hu kien l-ewwel mexxej b’saħħtu* fuq l-art. 9 Hu sar kaċċatur b’saħħtu kontra Ġeħova. Huwa għalhekk li hemm qawl jgħid: “Bħal Nimrod, kaċċatur b’saħħtu kontra Ġeħova.” 10 L-ewwel bliet li mexxa fuqhom kienu Babel, Erek, Akkad, u Kalne. Dawn kienu fl-art tas-Sinar. 11 Minn din l-art mar l-Assirja u bena Ninwe, Reħobot-Ir, Kalaħ, 12 u Resen, bejn Ninwe u Kalaħ: Din hi l-belt il-kbira.*
13 Misrajm kellu lil Ludim, Għanamim, Leħabim, Naftuħim, 14 Patrusim, Kasluħim (li minnu ħarġu l-Filistin), u Kaftorim.
15 Kangħan kellu lil Sidon, l-ewwel imwieled tiegħu, u lil Ħet, 16 kif ukoll lill-Ġebusin, lill-Amurrin, lill-Girgasin, 17 lill-Ħiwwin, lill-Għarkin, lis-Sinin, 18 lill-Arwadin, lis-Semarin, u lill-Ħamatin. Imbagħad il-familji tal-Kangħanin inxterdu. 19 Għalhekk, il-fruntiera tal-Kangħanin kienet minn Sidon sa Gerar, ħdejn Gaża, u sa Sodoma, Gomorra, Adma, u Sebojim, ħdejn Lasa. 20 Dawn kienu t-tfal taʼ Ħam skont il-familji, il-lingwi, il-pajjiżi, u l-popli tagħhom.
21 Anki lil Sem, ħu Ġafet il-kbir,* twildulu t-tfal. Hu missier it-tfal kollha t’Għeber. 22 It-tfal taʼ Sem kienu Għelam, Assur, Arfaksad, Lud, u Aram.
23 It-tfal taʼ Aram kienu Uż, Ħul, Geter, u Mas.
24 Arfaksad kellu lil Selaħ, u Selaħ kellu lil Għeber.
25 Għeber kellu żewġ subien. Wieħed kien jismu Peleg,* għax fi żmienu l-art* inqasmet, u l-ieħor kien jismu Ġoktan.
26 Ġoktan kellu lil Almodad, Selef, Ħasarmawet, Ġeraħ, 27 Ħadoram, Użal, Dikla, 28 Għobal, Abimagħel, Xeba, 29 Ofir, Ħawila, u Ġobab. Dawn kollha kienu t-tfal taʼ Ġoktan.
30 Il-post fejn kienu jgħixu kien minn Mesa sa Sefar, ir-reġjun muntanjuż tal-Lvant.
31 Dawn kienu t-tfal taʼ Sem skont il-familji, il-lingwi, il-pajjiżi, u l-popli tagħhom.
32 Dawn kienu l-familji tat-tfal taʼ Noè skont id-dixxendenza tal-familja tagħhom u l-popli tagħhom. Minn dawn inxterdu l-popli fuq l-art wara d-Dulluvju.