Danjel
1 Fit-tielet sena tar-renju taʼ Ġeħojakim,+ is-sultan taʼ Ġuda, Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, ġie Ġerusalemm u assedjaha.+ 2 U Ġeħova rħielu f’idu lil Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda,+ u parti mill-għodod+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru, u dawn ġarrhom lejn l-art tas-Sinar+ fid-dar taʼ l-alla tiegħu; u l-għodod ġabhom fid-dar tat-teżor taʼ l-alla tiegħu.+
3 U s-sultan qal lil Asfenaż, l-uffiċjal ewlieni tal-palazz tiegħu,+ biex iġib lil xi wħud minn ulied Israel u mid-dixxendenti rjali u min-nobbli,+ 4 tfal li ma kien fihom assolutament ebda difett,+ sbieħ fl-għajn u għandhom id-dehen fl-għerf kollu+ u huma midħla taʼ l-għarfien, u għandhom id-dixxerniment dwar dak li hu magħruf,+ u li għandhom ukoll l-abbiltà li jaqdu fil-palazz tas-sultan;+ u jgħallimhom il-kitba u l-ilsien tal-Kaldin. 5 Barra minn hekk, is-sultan ried li kuljum jingħatalhom sehem mill-ikel mill-aqwa+ tas-sultan u mill-inbid li kien jixrob hu, u jitimgħuhom għal tliet snin, biex meta dawn jintemmu, huma jkunu jistgħu jaqdu quddiem is-sultan.
6 Issa fosthom kien hemm xi wħud minn ulied Ġuda; Danjel,+ Ħananija, Misael, u Għażarija.+ 7 U lilhom l-uffiċjal prinċipali tal-palazz tahom ismijiet oħrajn.+ Għalhekk, lil Danjel tah l-isem taʼ Beltesassar;+ lil Ħananija, Sidrak; lil Misael, Mesak; u lil Għażarija, Għabednego.+
8 Imma Danjel kien deċiż f’qalbu li ma jitniġġisx+ bl-ikel mill-aqwa tas-sultan u bl-inbid li kien jixrob. U baqaʼ jitlob lill-uffiċjal prinċipali tal-palazz biex ma jitniġġisx.+ 9 Għaldaqstant, Alla qanqal lill-uffiċjal prinċipali tal-palazz biex juri qalb tajba bl-imħabba u ħniena maʼ Danjel.+ 10 Għalhekk, dan l-uffiċjal qal lil Danjel: “Jien nibżaʼ minn sidi s-sultan, li ordnalkom x’għandkom tieklu u tixorbu.+ Għala, mela, għandu jara wiċċkom mixrub meta jqabbilkom mat-tfal taʼ l-istess età tagħkom, u għala għandkom tipperikolawli ħajti quddiem is-sultan?” 11 Imma Danjel qal lill-gwardjan, li l-uffiċjal prinċipali tal-palazz+ kien ħatar fuq Danjel, Ħananija, Misael, u Għażarija: 12 “Jekk jogħġbok, għaddi lill-qaddejja tiegħek minn prova għal għaxart ijiem, u ħa jagħtuna xi ħxejjex+ x’nieklu u ilma x’nixorbu; 13 u ħa jidhru quddiemek wiċċna u wiċċ it-tfal li qed jieklu l-ikel mill-aqwa tas-sultan, u skond dak li tara agħmel lill-qaddejja tiegħek.”
14 Fl-aħħar, il-gwardjan semaʼ minnhom rigward din il-kwistjoni u għaddiehom minn prova għal għaxart ijiem. 15 U fi tmiem l-għaxart ijiem wiċċhom deher aħjar u iktar imlaħħam minn tat-tfal kollha li kienu qed jieklu l-ikel mill-aqwa tas-sultan.+ 16 Għalhekk, il-gwardjan baqaʼ jneħħilhom l-ikel mill-aqwa tagħhom u l-inbid li tahom jixorbu u jagħtihom il-ħxejjex.+ 17 U lil dawn it-tfal, l-erbgħa li huma, l-Alla l-veru tahom l-għarfien u d-dehen f’kull kitba u għerf;+ u Danjel kien jifhem f’kull xorta taʼ viżjonijiet u ħolm.+
18 U fi tmiem il-jiem li kien qal is-sultan biex idaħħluhom quddiemu,+ l-uffiċjal prinċipali tal-palazz daħħalhom quddiem Nebukadnessar. 19 U s-sultan beda jkellimhom, u minnhom ilkoll ħadd ma nstab bħal Danjel, Ħananija, Misael, u Għażarija;+ u dawn baqgħu jaqdu quddiem is-sultan.+ 20 U meta s-sultan staqsiehom dwar kull kwistjoni li kienet tirrikjedi l-għerf u l-abbiltà li jifhmu,+ hu sabhom saħansitra għaxar darbiet aqwa mill-qassisin kollha li kienu jipprattikaw il-maġija+ u minn dawk li kienu jsejħu lill-ispirti+ u li kienu fit-territorju rjali kollu tiegħu. 21 U Danjel baqaʼ hemmhekk sa l-ewwel sena taʼ Ċiru s-sultan.+