LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 16
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Il-Qbiż; il-Festa tal-Ħobż bla Ħmira (1-8)

      • Il-Festa tal-Ġimgħat (9-12)

      • Il-Festa tal-Għerejjex (13-17)

      • Jiġu inkarigati mħallfin (18-20)

      • Oġġetti taʼ qima pprojbiti (21, 22)

Dewteronomju 16:1

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara App. B15.

Dewteronomju 16:3

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 1/2021, p. 2

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/1990, pp. 12-13

Dewteronomju 16:6

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/1990, p. 10

Dewteronomju 16:9

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Dewteronomju 16:11

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

  • *

    Letteralment “it-tifel bla missier.”

Dewteronomju 16:13

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “tat-Tined Temporanji.”

Dewteronomju 16:16

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “tat-Tined Temporanji.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    3/2022, p. 24

    It-Torri tal-Għassa (1998),

    3/1/1998, pp. 8-9

Dewteronomju 16:17

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 46

    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!, pp. 196-197

Dewteronomju 16:18

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien kollha tiegħek.”

Dewteronomju 16:19

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 16:21

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 16:1-22

Dewteronomju

16 “Ftakar li x-xahar taʼ Abib* hu importanti, u ċċelebra l-Qbiż lil Ġeħova l-Alla tiegħek, għax fix-xahar taʼ Abib, Ġeħova l-Alla tiegħek ħarġek mill-Eġittu billejl. 2 U offri s-sagrifiċċju tal-Qbiż lil Ġeħova l-Alla tiegħek min-nagħaġ u mill-baqar fil-post li jagħżel Ġeħova biex jiġi mfaħħar ismu. 3 Mas-sagrifiċċju tiekol xejn li fih il-ħmira. Għal sebat ijiem għandek tiekol ħobż bla ħmira, il-ħobż tat-tbatija, għax int ħriġt mill-art tal-Eġittu bl-għaġla. Agħmel dan biex kemm iddum ħaj tiftakar fil-jum li ħriġt mill-art tal-Eġittu. 4 Ebda għaġina bil-ħmira m’għandha tinstab fit-territorju kollu tiegħek għal sebat ijiem, u ebda laħam li toffri bħala sagrifiċċju filgħaxija fl-ewwel jum m’għandu jitħalla l-lejl kollu sa filgħodu. 5 Ma tistax toffri s-sagrifiċċju tal-Qbiż fi kwalunkwe belt li qed jagħtik Ġeħova l-Alla tiegħek. 6 Imma għandek toffrih fil-post li jagħżel Ġeħova l-Alla tiegħek biex jiġi mfaħħar ismu. Għandek toffri s-sagrifiċċju tal-Qbiż filgħaxija malli tinżel ix-xemx, fiż-żmien stabbilit li ħriġt mill-Eġittu. 7 U sajru u kulu fil-post li jagħżel Ġeħova l-Alla tiegħek, u filgħodu tkun tistaʼ tmur lura lejn it-tined tiegħek. 8 Għal sitt ijiem għandek tiekol ħobż bla ħmira, u fis-sebaʼ jum ikun hemm assemblea speċjali għal Ġeħova l-Alla tiegħek. Tagħmel ebda xogħol.

9 “Għandek tgħodd sebaʼ ġimgħat. Tibda tgħodd sebaʼ ġimgħat mill-ewwel darba li taħsad iċ-ċereali* fl-għalqa. 10 Imbagħad iċċelebra l-Festa tal-Ġimgħat lil Ġeħova l-Alla tiegħek bl-offerta volontarja minn idek, mogħtija skont il-barka li jkun tak Ġeħova l-Alla tiegħek. 11 U ifraħ quddiem Ġeħova l-Alla tiegħek, flimkien m’ibnek, bintek, l-ilsir tiegħek, l-ilsira tiegħek, il-Levita li qiegħed fil-bliet* tiegħek, ir-resident barrani, l-orfni,* u l-armla, li qegħdin f’nofsok, fil-post li Ġeħova l-Alla tiegħek jagħżel biex jiġi mfaħħar ismu. 12 Ftakar li int kont ilsir fl-Eġittu, u obdi bir-reqqa dawn ir-regoli.

13 “Għandek tiċċelebra l-Festa tal-Għerejjex* għal sebat ijiem meta tiġbor mill-prodott tal-għelieqi, miż-żejt taż-żebbuġa, u mill-inbid tiegħek. 14 Ifraħ matul il-festa tiegħek, flimkien m’ibnek, bintek, l-ilsir tiegħek, l-ilsira tiegħek, il-Levita, ir-resident barrani, l-orfni, u l-armla, li qegħdin fil-bliet tiegħek. 15 Għandek tiċċelebra l-festa lil Ġeħova l-Alla tiegħek għal sebat ijiem fil-post li jagħżel Ġeħova, għaliex Ġeħova l-Alla tiegħek ibierek il-prodott kollu tiegħek u kulma tagħmel, u ħlief ferħ ma jkollokx.

16 “Tliet darbiet fis-sena, l-irġiel kollha tiegħek għandhom jidhru quddiem Ġeħova l-Alla tiegħek fil-post li jagħżel: fil-Festa tal-Ħobż bla Ħmira, fil-Festa tal-Ġimgħat, u fil-Festa tal-Għerejjex.* Ħadd minnhom m’għandu jidher quddiem Ġeħova b’idu vojta. 17 Ir-rigal li kull wieħed iġib għandu jkun skont il-barka li jkun tah Ġeħova l-Alla tiegħek.

18 “Għandek tinkariga mħallfin u uffiċjali għal kull tribù fil-bliet kollha* li Ġeħova l-Alla tiegħek qed jagħtik, u dawn iridu jiġġudikaw lin-nies b’ġudizzju ġust. 19 M’għandekx tgħawweġ il-ġustizzja, turi preferenzi, jew taċċetta tixħim, għax it-tixħim jagħmi għajnejn l-għorrief u jgħawweġ il-kliem tan-nies sewwa. 20 Tfittex xejn ħlief il-ġustizzja, sabiex tibqaʼ ħaj u tieħu f’idejk l-art li qed jagħtik Ġeħova l-Alla tiegħek.

21 “Tħawwel ebda tip taʼ siġra bħala arblu sagru* ħdejn l-artal taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek li tagħmel għalik.

22 “Lanqas m’għandek twaqqaf għalik pilastru sagru, xi ħaġa li Ġeħova l-Alla tiegħek jobgħod.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja