Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David, il-qaddej taʼ Ġeħova.
36 Il-bniedem ħażin iħalli qalbu tiġi ggwidata mid-dnub;
Hu ma jibżax minn Alla.
2 Għax hu jiġi mqarraq bil-ħsibijiet tiegħu stess,
Tant li la jinduna bl-iżball tiegħu u lanqas jobogħdu.
3 Kliemu jweġġaʼ u jqarraq;
Hu m’għadx għandu għaqal biex jagħmel dak li hu tajjeb.
4 Hu jippjana kif jagħmel il-ħsara anki fuq is-sodda tiegħu.
Hu jaqbad triq li mhix tajba;
Ma jwarrabx dak li hu ħażin.
6 Il-ġustizzja tiegħek hi bħall-muntanji li għamilt int;
Il-ġudizzji tiegħek huma bħal ilmijiet fondi ħafna.
Ġeħova, int issalva* lill-bniedem u l-annimal.
7 Kemm huma prezzjużi l-imħabba u l-lealtà* tiegħek, Alla tiegħi!
In-nies jiġu għall-protezzjoni taħt id-dell taʼ ġwinħajk.
8 Huma jieħdu sa ma jixbgħu mill-aqwa affarijiet* li għandek fid-dar tiegħek;
Int tagħtihom ħafna affarijiet tajbin, bħallikieku tagħtihom jixorbu minn xmara li fiha ħafna ilma.
9 Int il-wieħed li tagħti l-ħajja;
Bid-dawl tiegħek, aħna nistgħu naraw id-dawl.
10 Kompli uri mħabba u lealtà maʼ dawk li jafuk,
U l-ġustizzja maʼ dawk taʼ qalb onesta.
11 Tħallix il-kburi jgħaffiġni b’saqajh,
Jew lil min hu ħażin ikeċċini.
12 Il-ħżiena ġew megħluba;
Huma ġew imwaqqgħin u ma jistgħux jerġgħu jqumu.