Salm
Lid-direttur. Taʼ Ġedutun.* Għanja taʼ David.
39 Jien għedt: “Se noqgħod attent
Biex ma niżbaljax b’dak li ngħid.
Sakemm ikun hemm xi ħadd ħażin ħdejja
Mhu se ngħid xejn, qisni għamilt sarima maʼ ħalqi.”
2 Jien ma ftaħtx ħalqi u qgħadt kwiet;
M’għedt xejn, lanqas dwar dak li hu tajjeb,
Imma l-uġigħ tiegħi baqaʼ jiżdied.
Hekk kif qgħadt naħseb, in-nar baqaʼ jaqbad.
Imbagħad għedt:
4 “Ġeħova, għinni nkun naf x’se jkun it-tmiem tiegħi,
U kemm se ndum ħaj,
Ħalli nkun naf kemm hi qasira ħajti.
5 Int tajtni ħajja qasira;
Imqabblin miegħek, il-jiem taʼ ħajti huma vera ftit.
Bla dubju, għalkemm kull bniedem jidher li hu fis-sigurtà, hu bħal sempliċi nifs. (Sela)
6 Il-bniedem jiġi u jmur bħal dell.
Hu jitħabat* għalxejn.
Hu jżid il-ġid bla ma jaf min se jgawdih.
7 Allura, għal xiex għandi nittama, Ġeħova?
Int l-unika tama tiegħi.
8 Eħlisni mid-dnubiet kollha tiegħi.
Tħallix lill-iblah iwaqqagħni għaċ-ċajt.
10 Neħħi l-kastig tiegħek minn fuqi.
M’għadx għandi saħħa minħabba l-kastig tiegħek.
11 Int tikkoreġi lil xi ħadd billi tikkastigah għall-iżball tiegħu;
Int iġġib fix-xejn l-affarijiet li hu jgħożż bħalma l-kamla tiekol id-drapp.
Żgur li l-bniedem hu bħal sempliċi nifs. (Sela)
12 Ismaʼ t-talba tiegħi, Ġeħova,
Ismaʼ l-għajta tiegħi għall-għajnuna.
Tinjorax il-biki tiegħi.
Għax jien sempliċi mistieden għalik,
Resident temporanju* bħal missirijieti.
13 Tħarisx lejja meta tkun irrabjat,
Ħalli nerġaʼ nkun ferħan qabel immut.”