Salm
Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
87 Il-pedament tal-belt tiegħu hu fil-muntanji qaddisin.
2 Ġeħova jħobb il-bibien taʼ Sijon
Iktar mill-postijiet l-oħra kollha taʼ Ġakobb.
3 Belt tal-Alla l-veru, in-nies qed jgħidu affarijiet sbieħ ħafna dwarek. (Sela)
4 Fost l-artijiet li jafuni, se nsemmi lil Raħab u lil Babilonja;
Hemm ukoll il-Filistja, Tir, u Kus.
Dwar kull wieħed minnhom se ngħid:
“Dan twieled hemm.”
5 U dwar Sijon jingħad:
“Kollha kemm huma twieldu fiha.”
U l-Iktar Għoli se jqegħedha fis-sod.
6 Meta jirreġistra lill-popli,
Ġeħova se jgħid hekk dwar kull wieħed minnhom:
“Dan twieled hemm.” (Sela)
7 Il-kantanti u ż-żeffiena* se jgħidu:
“Minnek ġejjin l-affarijiet tajbin kollha.”