Salm
Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. Fuq noti għoljin.*
46 Alla hu l-wieħed li jipproteġina u jsaħħaħna.
Hu dejjem jgħinna fi żmien taʼ inkwiet.
2 Għalhekk m’aħniex se nibżgħu, avolja jsiru l-bidliet fid-dinja,
Il-muntanji jaqgħu fil-baħar fond,
3 L-ilmijiet jitqallbu u jagħmlu l-istorbju,
U l-muntanji jitheżżu minħabba t-taqlib tal-baħar. (Sela)
4 Hemm xmara li l-ilmijiet tagħha jferrħu l-belt t’Alla,
It-tabernaklu kbir u qaddis tal-Iktar Għoli.
5 Alla qiegħed fil-belt; ma tistax titwaqqaʼ.
Alla se jmur jgħin lin-nies tagħha filgħodu kmieni.
6 Il-popli qajmu storbju sħiħ, is-saltniet intrebħu;
Imma meta Alla tkellem, l-art theżżet.
8 Ejjew araw x’għamel Ġeħova,
L-affarijiet tal-għaġeb li għamel fuq l-art.
9 Hu qed iwaqqaf il-gwerer tad-dinja kollha.
Hu qed jaqsam il-qaws u l-lanza,
U jaħraq il-karrijiet tal-gwerra.*
10 “Ċedu, u kunu afu li jien Alla.
Jien se niġi onorat fost il-popli,
U onorat mad-dinja kollha.”
11 Ġeħova tal-armati qiegħed magħna;
L-Alla taʼ Ġakobb hu post taʼ protezzjoni għalina. (Sela)