Isaija
26 Dakinhar se jkantaw din l-għanja fl-art taʼ Ġuda:
“Aħna għandna belt b’saħħitha.
Hu jipproteġina bħas-swar tagħha u l-ġebel taʼ taħthom.
2 Iftħu l-bibien ħalli jkun jistaʼ jidħol il-poplu ġust,
Poplu li jobdi lil Alla.
3 Int se tipproteġi lil dawk li jistrieħu kompletament fuqek;
Int tgħinhom jibqaʼ jkollhom il-paċi,
Għax huma fik jafdaw.
5 Għax hu umilja lil dawk li joqogħdu fl-għoli.
Hu jbaxxi lill-belt li qiegħda fl-għoli.
Iniżżilha ’l isfel lejn l-art;
Hu jwaddabha fit-trab.
6 Din se titgħaffeġ taħt saqajn l-imsejknin,
Taħt sieq il-batuti.”
7 It-triq tal-ġust hi ġusta.
Għax int* ġust,
Int se twitti t-triq tal-ġust.
8 Ġeħova, hekk kif nagħmlu skont il-ġudizzji tiegħek,
Aħna nittamaw fik.
Aħna* napprezzaw ħafna lil ismek u se niftakruh.*
9 Billejl nixxennaq għall-gwida tiegħek b’qalbi* kollha,
Iva, nibqaʼ nfittxek bil-ħeġġa kollha;
Għax meta int tiġġudika l-art,
In-nies tagħha jitgħallmu dwar il-ġustizzja.
10 Anki jekk turi ħniena mal-ħażin,
Hu mhux se jitgħallem il-ġustizzja.
Anki jekk jgħix fl-art tal-ġusti, hu xorta se jagħmel il-ħażin,
U hu mhux se jara l-kobor tiegħek, Ġeħova.
11 Ġeħova, int tuża l-qawwa tiegħek, imma l-għedewwa ma jarawhiex.
Huma se jaraw li int tħobb ħafna* lill-poplu tiegħek u se jkollhom jistħu.
Iva, in-nar se jeqred lill-għedewwa tiegħek.
13 Ġeħova l-Alla tagħna, apparti int, kien hemm sidien oħrajn li mexxew fuqna,
Imma aħna nfaħħru lil ismek biss.
14 Huma mejtin; mhux se jgħixu.
Bla qawwa fil-mewt, mhux se jqumu.
Għax int ikkastigajthom u qridthom
Ħalli n-nies ma jibqgħux jiftakruhom.
Wessajt ħafna l-fruntieri tal-pajjiż.
16 Ġeħova, meta kienu qed ibatu, daru lejk għall-għajnuna;
Huma talbu lilek minn taħt l-ilsien meta ddixxiplinajthom.
17 Ġeħova, int ġegħeltna nħossuna
Bħal mara tqila li waslet biex twelled,
Li jkollha l-uġigħ tal-ħlas u tgħajjat bl-uġigħ.
18 Konna qisna nisa tqal u kellna l-uġigħ tal-ħlas,
Imma bħallikieku wellidna r-riħ.
Ma salvajniex il-pajjiż,
U ma twieled ħadd biex jgħix hemm.
19 Alla qal: “Il-mejtin tiegħek se jgħixu.
L-iġsma mejtin tal-poplu tiegħi* se jqumu.
Intom li qegħdin fit-trab,
Qumu u għajtu bil-ferħ!
Għax in-nida li tiġi fuqkom hi bħan-nida taʼ filgħodu,*
U l-art se tħalli lil dawk li qegħdin bla qawwa fil-mewt jieħdu l-ħajja.*
20 “Poplu tiegħi, mur, idħol fil-kmamar taʼ ġewwa tiegħek,
U agħlaq il-bibien warajk.
Staħba għal ftit sakemm ma nibqax irrabjat.*
21 Għax jien, Ġeħova, se niġi mill-post fejn ngħix
Biex nitlob kont min-nies tal-art għall-iżball tagħhom,
U l-art se tikxef id-demm li ġie mxerred fuqha
U mhux se tkompli taħbi lin-nies tagħha li nqatlu.”