L-Ewwel Kronaki
3 Dawn kienu t-tfal taʼ David li twildulu f’Ħebron: l-ewwel imwieled, Amnon minn Aħinogħam il-Ġeżragħelija; it-tieni, Danjel minn Abigajl il-Karmelija; 2 it-tielet, Absalom minn Magħka bint Talmaj ir-re tal-Gesur; ir-rabaʼ, Adonija minn Ħaggit; 3 il-ħames, Sefatija minn Abital; u s-sitta, Itregħam minn martu Għegla. 4 Dawn is-sitta twildulu f’Ħebron. Hu mexxa hemm sebaʼ snin u nofs, u 33 sena f’Ġerusalemm.
5 F’Ġerusalemm twildulu dawn: Simegħa, Sobab, Natan, u Salamun; omm dawn l-erbgħa kienet Bat-seba bint Għammijel. 6 U disa’ subien oħra kienu Ibħar, Elisama, Elifelet, 7 Noga, Nefeg, Ġafigħa, 8 Elisama, Eljada, u Elifelet. 9 Dawn kollha kienu t-tfal taʼ David, minbarra t-tfal tal-konkubini, u Tamar kienet oħthom.
10 Salamun kellu lil Reħobogħam, Reħobogħam kellu lil Abija, Abija kellu lil Asa, Asa kellu lil Ġeħosafat, 11 Ġeħosafat kellu lil Ġeħoram, Ġeħoram kellu lil Aħażija, Aħażija kellu lil Ġeħogħas, 12 Ġeħogħas kellu lil Amażija, Amażija kellu lil Għażarija, Għażarija kellu lil Ġotam, 13 Ġotam kellu lil Aħaż, Aħaż kellu lil Ħeżekija, Ħeżekija kellu lil Manasse, 14 Manasse kellu lil Amon, u Amon kellu lil Ġosija. 15 It-tfal taʼ Ġosija kienu Ġoħanan l-ewwel imwieled, Ġeħojakim it-tieni, Sedekija t-tielet, u Sallum ir-rabaʼ. 16 Ġeħojakim kellu lil Ġekonija, u Ġekonija kellu lil Sedekija. 17 It-tfal taʼ Ġekonija l-priġunier kienu Saltijel, 18 Malkiram, Pedaja, Senassar, Ġekamija, Ħosama, u Nedabija. 19 It-tfal taʼ Pedaja kienu Żerubbabel u Simgħi. It-tfal taʼ Żerubbabel kienu Mesullam u Ħananija (u Selomit kienet oħthom); 20 u ħames subien oħra kienu Ħasuba, Oħel, Berekija, Ħasadija, u Ġusab-ħesed. 21 U t-tfal taʼ Ħananija kienu Pelatija u Ġesagħija. It-tifel* taʼ Ġesagħija kien Refaja, it-tifel* taʼ Refaja kien Arnan, it-tifel* taʼ Arnan kien Għobadija, it-tifel* taʼ Għobadija kien Sekanija, 22 u Sekanija kellu tifel u neputijiet. It-tifel tiegħu kien Semajja. It-tfal taʼ Semajja kienu Ħattus, Igal, Barija, Negħarija, u Safat. B’kollox kienu sitta. 23 U Negħarija kellu tliet subien: Eljogħenaj, Ħiżkija, u Għażrikam. 24 U Eljogħenaj kellu sebaʼ subien: Ħodawija, Eljasib, Pelaja, Għakkub, Ġoħanan, Delaja, u Għanani.