Ġob
31 “Jien għamilt wegħda miegħi nnifsi*
Li bl-ebda mod ma nħares lejn mara oħra bi ħsieb ħażin.
2 Kif jittrattani Alla kieku kelli nagħmel hekk?
U x’se nirċievi mingħand Dak li Jistaʼ Kollox?
3 Dak li jagħmel il-ħażin hemm diżastru jistennieh,
U dawk li jagħmlu l-ħsara se jbatu.
4 Alla jara dak kollu li nagħmel,
U jgħodd il-passi kollha tiegħi.
Ġieli qarraqt b’xi ħadd?
6 Ħa jeżaminani b’mod ġust Alla;
Imbagħad jinduna li jien leali.
7 Jekk ma bqajtx miexi fit-triq it-tajba,
Jew qalbi tħajret għal dak li rajt b’għajnejja,
Jew għamilt xi ħaġa ħażina b’idejja,
8 Mela ħalli dak li niżraʼ jieklu xi ħadd ieħor,
U dak li nħawwel jitqaċċat mill-għeruq.*
9 Jekk qalbi nġibdet lejn mara oħra,
U qgħadt nistenna għal opportunità mal-mara taʼ ħaddieħor,
10 Mela ħalli l-mara tiegħi titħan iċ-ċereali* għal raġel ieħor,
U ħalli rġiel oħrajn ikollhom relazzjonijiet sesswali magħha.*
11 Għax jien inkun għamilt xi ħaġa tal-mistħija,
U jkun ħaqqni niġi kkastigat mill-imħallfin għall-iżball tiegħi.
13 Jekk irrifjutajt li nimxi bil-ġustizzja mal-ilsiera tiegħi
Meta kellhom għal xiex igergru* kontrija,
Kif nistaʼ nwieġbu meta jitlob kont minni?
15 Dak li għamel lili f’żaqq ommi m’għamilx lilhom ukoll?
Mhux l-istess Wieħed ifformana qabel ma twilidna?*
16 Irrifjutajt jien li nagħti lill-fqir dak li xtaq?
Jew waqqaft jien lill-armla milli tieħu dak li ttamat għalih?*
17 Kilt jien l-ikel tiegħi waħdi,
Mingħajr ma tajt lill-orfni?
19 Qatt rajt lil xi ħadd imut bil-kesħa għax m’għandux x’jilbes,
Jew lill-fqir li m’għandux biex jitgħatta u m’għentux?
23 Imma jien m’għamilt xejn minn dan,
Għax bżajt li Alla jeqridni
U ma stajtx noqgħod quddiem il-glorja tiegħu.
24 Qatt fdajt fid-deheb,
Jew qist id-deheb fin bħala l-protezzjoni tiegħi?
25 Qatt ftaħart bil-ġid kollu li kelli,
U bil-ħafna affarijiet li akkwistajt?
Jew il-qamar bis-sbuħija tiegħu,
27 U qalbi ħajritni biex nagħtihom qima billi nbus idejja?*
28 Kieku jkun ħaqqni niġi kkastigat mill-imħallfin,
Għax inkun irrifjutajt lill-Alla tas-sema.
29 Qatt fraħt meta l-għadu tiegħi nqered,
Jew għax kien qed ibati?
30 Jien qatt ma sħitt lill-għadu tiegħi biex imut;
Le, m’għamiltx dnub bħal dan.
31 L-irġiel tad-dar tiegħi qalu,
‘Kull min jiġi għand Ġob jistaʼ jiekol sa ma jixbaʼ.’
33 Qatt ipprovajt naħbi l-iżbalji tiegħi bħalma jagħmlu rġiel oħrajn
Billi ħbejthom ġol-but tiegħi?
34 Bżajt jien minn kif se taġixxi l-folla,
Jew twerwirt jien għax il-familji l-oħra kienu se jmaqdruni?
Bżajt jien niftaħ ħalqi jew noħroġ barra?
35 Mank semagħni xi ħadd!
Kieku kont niffirma biex nuri li qed ngħid il-verità.*
Ħa jwiġibni Dak li Jistaʼ Kollox!
Mank dak li akkużani kiteb l-akkużi f’dokument!
36 Kieku d-dokument kont inġorru fuq spallti,
U nqiegħdu fuq rasi bħala kuruna.
37 Kieku lil Alla kont nagħtih kont taʼ kull pass li nagħmel;
Nersaq lejh bla biżaʼ qisni prinċep.
38 Qatt ħadt xi għalqa mingħand oħrajn u gergru kontrija?
Jew dawk li jaħdmu l-art qatt bkew flimkien minħabba fija?
39 Qatt kilt il-prodott tagħhom mingħajr ma ħallast,
Jew ġegħelt lis-sidien* tal-għelieqi jiddispraw?
40 Jekk għamilt hekk, ħa jitlaʼ x-xewk minflok il-qamħ fl-għalqa tiegħi,
U ħaxix ħażin li jinten minflok ix-xgħir.”*
Ġob jieqaf jitkellem hawn.