LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Rivelazzjoni 18
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti minn Rivelazzjoni

      • Il-waqgħa taʼ “Babilonja l-Kbira” (1-8)

        • “Poplu tiegħi, oħorġu minnha” (4)

      • Imdejqin minħabba l-waqgħa taʼ Babilonja (9-19)

      • Ferħ fis-sema minħabba l-waqgħa taʼ Babilonja (20)

      • Babilonja għandha titwaddab fil-baħar bħal ġebla (21-24)

Rivelazzjoni 18:2

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew forsi “nifs; nifs ’il barra; messaġġ ispirat.”

  • *

    Letteralment “mhux nadif.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 58

Rivelazzjoni 18:3

Noti taʼ Taħt

  • *

    Bil-Grieg pornea. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

  • *

    Jew “il-merkanti tal-art li jivvjaġġaw.”

Rivelazzjoni 18:4

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 13

    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!, pp. 16-17

    It-Torri tal-Għassa,

    3/15/2006, pp. 28-29

    10/1/2005, p. 24

    4/15/1999, pp. 28-30

Rivelazzjoni 18:5

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “għall-affarijiet kriminali.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 13

Rivelazzjoni 18:7

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Il-Profezija ta’ Isaija II, p. 119

Rivelazzjoni 18:8

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara App. A5.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 13

    Il-Profezija ta’ Isaija II, p. 119

Rivelazzjoni 18:9

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

  • *

    Letteralment “iħabbtu fuq sidirhom bin-niket.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/2009, pp. 4-5

Rivelazzjoni 18:13

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “erwieħ tal-bnedmin.”

Rivelazzjoni 18:14

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “li kienet tixtieq ruħek.”

Rivelazzjoni 18:21

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, lezzjoni 13

Rivelazzjoni 18:24

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    3/15/2006, p. 28

    5/1/1990, pp. 9-12

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Rivelazzjoni 18:1-24

Ir-Rivelazzjoni li Rċieva Ġwanni (L-Apokalissi)

18 Wara dan rajt anġlu ieħor nieżel mis-sema b’awtorità kbira, u l-art xegħlet bil-glorja tiegħu. 2 B’leħen sod għajjat: “Waqgħet! Babilonja l-Kbira waqgħet, u saret post fejn jgħixu d-demonji u post fejn jinħbew kull spirtu* ħażin* u kull għasfur maħmuġ u mibgħud! 3 Peress li dawk li jixorbu mill-inbid tagħha jiġu mħajrin jagħmlu l-immoralità sesswali,* il-popli kollha sikru bl-inbid tagħha, ir-rejiet tal-art għamlu l-immoralità sesswali magħha, u n-negozjanti* saru sinjuri bis-saħħa tal-ġid li akkwistat bla mistħija.”

4 U smajt leħen ieħor mis-sema jgħid: “Poplu tiegħi, oħorġu minnha jekk ma tridux tieħdu sehem fid-dnubiet tagħha u jekk ma tridux tirċievu l-kastigi tagħha. 5 Għax id-dnubiet tagħha lanqas tistaʼ tgħoddhom, u Alla se jiġġudikaha għall-affarijiet ħżiena* li għamlet. 6 Pattuhielha tal-affarijiet ħżiena li għamlet lil oħrajn, iva pattuhielha doppju għal dak li għamlet. Fit-tazza li ħalltet l-inbid fiha, ħalltulha d-doppju għaliha. 7 Daqskemm faħħret lilha nfisha u għexet fil-lussu li akkwistat bla mistħija, daqstant ieħor għandkom iġġegħluha tbati u tibki. Għax f’qalbha tibqaʼ tgħid, ‘Jien immexxi bħal reġina, m’iniex armla, u qatt mhu se nibki.’ 8 Għax f’ġurnata waħda se jiġu l-kastigi tagħha: il-mewt, il-biki, u l-ġuħ. Alla Ġeħova* se jaħraqha għalkollox bin-nar, għax hu l-wieħed li se jiġġudikaha, u hu b’saħħtu.

9 “Ir-rejiet tal-art li għamlu l-immoralità sesswali* magħha u li għexu magħha fil-lussu li akkwistat bla mistħija, se jibku u juru li huma mdejqin ħafna* minħabba fiha meta jaraw id-duħħan tagħha hi u tinħaraq. 10 Peress li jibżgħu li jbatu bħalha, mill-bogħod jgħidu, ‘X’ħasra, x’ħasra li ġralek hekk! Int kont belt kbira, il-belt b’saħħitha taʼ Babilonja. Imma f’daqqa waħda ġie l-ġudizzju tiegħek.’

11 “Ukoll, in-negozjanti tal-art jibku u huma mdejqin minħabba fiha, għax ħadd mhu jixtri l-affarijiet kollha li qed ibigħu: 12 deheb, fidda, ħaġar prezzjuż, perli, għażel fin, drapp vjola, ħarir, u drapp aħmar jgħajjat; u kull ħaġa magħmula minn injam ifuħ, mill-avorju, mill-injam prezzjuż, mir-ram, mill-ħadid, u mill-irħam; 13 kif ukoll kannella, ħwawar mill-Indja, inċens, żejt ifuħ, inċens abjad, inbid, żejt taż-żebbuġa, dqiq fin, qamħ, baqar, nagħaġ, żwiemel, karrijiet, ilsiera, u nies* għall-bejgħ. 14 Iva, il-frott mill-aqwa li kont tixtieq int,* m’għadux tiegħek, u l-ikel mill-aqwa u l-affarijiet sbieħ tiegħek sparixxewlek darba għal dejjem.

15 “In-negozjanti li biegħu dawn l-affarijiet u li saru sinjuri minn fuqha se jibqgħu ’l bogħod għax jibżgħu li se jbatu bħalha u se jibku u juru li huma mdejqin. 16 Huma jgħidu, ‘‘X’ħasra, x’ħasra li dawn l-affarijiet ġraw lil din il-belt il-kbira! Hi kienet liebsa ħwejjeġ tal-għażel fin, vjola, u ħomor jgħajtu, u ħafna deheb, ħaġar prezzjuż, u perli, 17 imma f’daqqa waħda sparixxa dan il-ġid kollu.’

“U kull kaptan taʼ vapur, kull persuna li tivvjaġġa bil-baħar, il-baħrin, u dawk kollha li xogħolhom jiddependi mill-baħar, qagħdu ’l bogħod 18 waqt li ħarsu lejn id-duħħan tagħha hi u tinħaraq, u qalu, ‘Liema belt hi bħall-belt il-kbira?’ 19 Huma tefgħu t-trab fuq rashom, għajtu, bkew, u ħassewhom imdejqin, u qalu, ‘X’ħasra, x’ħasra li dawn l-affarijiet ġraw lil din il-belt il-kbira! Permezz tal-ġid tagħha dawk kollha li kellhom vapur saru sinjuri, imma f’daqqa waħda spiċċat fix-xejn!’

20 “Intom li qegħdin fis-sema u intom il-qaddisin flimkien mal-appostli u l-profeti għandkom tkunu ferħanin b’dan, għax Alla ġġudikaha għal dak li għamlitilkom!”

21 U anġlu b’saħħtu refaʼ ġebla bħal ġebla kbira taʼ mitħna u waddabha fil-baħar u qal: “Il-belt il-kbira, Babilonja, se titwaddab bl-istess ħeffa, u qatt mhu se terġaʼ tidher. 22 F’Babilonja mhux se jerġaʼ jinstemaʼ l-ħoss tal-kantanti li jdoqqu l-arpa, tal-mużiċisti, taʼ dawk li jdoqqu l-flawt, u taʼ dawk li jdoqqu t-trumbetti. Fiha mhux se jkun hemm iktar nies tas-sengħa, u mhux se jinstemaʼ iktar il-ħoss taʼ xi ġebla tal-mitħna. 23 Fiha mhux se jerġaʼ jiddi d-dawl taʼ lampa, u mhu se jinstemaʼ l-ebda leħen t’għarus u għarusa. Dan se jiġri għax in-negozjanti tagħha kienu l-iktar nies importanti fuq l-art u għax il-popli kollha tfixklu minħabba li n-nies tagħha għamlu l-ispiritiżmu. 24 Iva, din il-belt instabet ħatja tal-qtil tal-profeti u tal-qaddisin u taʼ dawk kollha li nqatlu b’mod vjolenti.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja