Salm
Għanja t’Asaf.
83 Alla tiegħi, tibqax kwiet;
Jalla titkellem u taġixxi, l-Alla Qaddis.
3 B’makakkerija u bil-moħbi, huma jippjanaw kontra l-poplu tiegħek;
Jiftiehmu kontra dawk li huma għeżież għalik.*
4 Huma jgħidu: “Ejjew ħa neqirduhom għalkollox bħala poplu,
Ħalli ħadd ma jibqaʼ jiftakar isem Iżrael.”
5 Bi ħsieb wieħed, huma ppjanaw strateġija;
Dawk li ngħaqdu flimkien* kontrik huma
6 L-Edomin, l-Ismagħelin, il-Mowabin, u l-Ħagrin.
7 Ukoll Gebal, Għammon, Għamalek,
U l-Filistja flimkien man-nies taʼ Tir.
9 Agħmlilhom bħalma għamilt lil Midjan,
Bħalma għamilt lil Sisera u lil Ġabin fil-wied taʼ Kison.
10 Huma nqerdu għalkollox f’Għajn-dor;
Saru demel għall-art.
11 Lin-nobbli tagħhom, agħmilhom bħal Għoreb u Żeb,
U lill-mexxejja tagħhom, agħmilhom bħal Żebaħ u Salmunna,
12 Għax huma qalu: “Ejja nieħdu l-art fejn joqgħod Alla.”
13 Alla tiegħi, agħmilhom bħal ħaxix niexef li jtir maʼ riefnu,
Bħal tiben li jtajru r-riħ.