Ġob
26 Ġob wieġeb:
2 “Għaxxaqtni b’kemm għent lid-dgħajjef!
U b’kemm salvajt lil dak bla saħħa!
3 X’parir tajjeb tajtu lil dak li m’għandux għerf!
Kemm kont ħafif biex turi s-sens komun* tiegħek!
4 Maʼ min qed tipprova titkellem?
U min ispirak biex tgħid dawn l-affarijiet?*
5 Il-mejtin, li ma jistgħu jagħmlu xejn, jirtogħdu quddiem Alla;
Huma qegħdin ħafna iktar ’l isfel mill-ilmijiet u dak li hemm fihom.
7 Hu firex is-sema* fuq il-vojt,
Dendel id-dinja fuq ix-xejn;
8 Hu jgeżwer l-ilmijiet fis-sħab tiegħu
B’tali mod li s-sħab ma jinfaqax bit-toqol.
9 Hu jgħatti t-tron tiegħu
Billi jpoġġi s-sħaba tiegħu quddiemu.
11 Il-kolonni tas-sema jitheżżu
U jirtogħdu meta jgħolli leħnu.
13 Bin-nifs* tiegħu jneħħi s-sħab mis-sema.
Hu joqtol is-serp li diffiċli biex taqbad.*
14 Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li għamel,
Tikka żgħira smajna dwaru!
Allura min jistaʼ jifhem kif jagħmel ir-ragħad qawwi?”