Għamos
7 Dan urieni l-Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, hu kien qed jibgħat qatgħa ġurati fil-bidu taż-żrigħ imwaħħar* li kien wasal.+ U, ara, kien iż-żrigħ imwaħħar wara l-ħsad tal-ħaxix tas-sultan. 2 U ġara li meta kienu kielu l-ħxejjex taʼ l-art, jien għedt: “O Mulej Sovran Ġeħova, aħfer, jekk jogħġbok.+ Min se jibqaʼ ħaj mill-poplu taʼ Ġakobb? Għax hu żgħir!”+
3 Ġeħova ddispjaċieh għal dan.+ “Mhux se jseħħ,” qal Ġeħova.
4 Dan urieni l-Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, il-Mulej Sovran Ġeħova ried li ssir tilwima permezz tan-nar;+ u dan belaʼ l-ilmijiet fondi u vasti u kiel il-medda taʼ l-art. 5 U jien għedt: “O Mulej Sovran Ġeħova, tkomplix, jekk jogħġbok.+ Min se jibqaʼ ħaj mill-poplu taʼ Ġakobb? Għax hu żgħir!”+
6 Ġeħova ddispjaċieh għal dan.+ “Dan ukoll mhux se jseħħ,” qal il-Mulej Sovran Ġeħova.
7 Dan urieni, u, ara! Ġeħova kien qiegħed fuq ħajt mibni biċ-ċomb tal-bennejja,+ u f’idu kellu ċ-ċomb tal-bennejja. 8 Imbagħad Ġeħova qalli: “X’qed tara, Għamos?” Għalhekk, jien għedt: “Ċomb tal-bennejja.” U Ġeħova qalli: “Ara, qed inqiegħed iċ-ċomb tal-bennejja f’nofs il-poplu tiegħi Israel.+ M’iniex se niskużah iktar.+ 9 U l-postijiet għall-qima* taʼ Iżakk+ se jiġu abbandunati, u s-santwarji+ taʼ Israel se jiġu mħarbtin;+ u jien se nqum kontra d-dar taʼ Ġerobogħam* b’sejf.”+
10 U Amażija l-qassis taʼ Betel+ bagħat jgħid lil Ġerobogħam+ is-sultan taʼ Israel: “Għamos ikkonfoffa kontrik proprju fid-dar taʼ Israel.+ Il-pajjiż ma jiflaħx għall-kliem kollu tiegħu.+ 11 Għax dan qal Għamos, ‘Bis-sejf se jmut Ġerobogħam; u Israel bla dubju se jiġi eżiljat minn artu stess.’”+
12 U Amażija qal lil Għamos: “O viżjonarju,+ mur, itlaq iġri lejn l-art taʼ Ġuda, u kul il-ħobż hemmhekk, u pprofetizza hemmhekk. 13 Imma m’għandekx tipprofetizza iktar+ f’Betel, għax hija s-santwarju taʼ sultan+ u d-dar taʼ saltna.”
14 Imbagħad Għamos wieġeb u qal lil Amażija: “Jien la kont profeta u lanqas iben profeta;+ imma kont ragħaj+ u noqros it-tin tas-siġar tal-ġummajż. 15 U Ġeħova ħadni minn wara l-merħla, u Ġeħova qalli, ‘Mur, ipprofetizza lill-poplu tiegħi Israel.’+ 16 U issa ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova, ‘Qiegħed int tgħid: “M’għandekx tipprofetizza kontra Israel,+ u m’għandek tlissen ebda kelma kontra dar Iżakk”?+ 17 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Martek se ssir prostituta fil-belt.+ Uliedek subien u bniet bis-sejf se jaqgħu. Artek se tiġi mqassma bil-ħabel tal-kejl. U int fuq art mhix nadifa se tmut;+ inkwantu għal Israel, bla dubju se jiġi eżiljat minn artu stess.”’”+