Salm
Għanja taʼ tifħir taʼ David.
א [Alef]
145 L-Alla u r-Re tiegħi, jien se nonorak,
Se nfaħħar lil ismek għal dejjem taʼ dejjem.
ב [Bet]
2 Se nfaħħrek il-ġurnata kollha;
Se nfaħħar lil ismek għal dejjem taʼ dejjem.
ג [Gimel]
3 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir;
Il-kobor tiegħu ħadd ma jistaʼ jifhmu.
ד [Dalet]
4 Il-ġenerazzjonijiet li ġejjin se jfaħħruk għal dak li għamilt;
Se jitkellmu dwar l-affarijiet li int għamilt bil-qawwa tiegħek.
ה [Ħe]
5 Huma se jitkellmu dwar kemm hi tal-għaġeb il-qawwa tiegħek,
U jien se nimmedita dwar l-affarijiet mill-isbaħ li għamilt int.
ו [Waw]
6 Huma se jitkellmu dwar l-affarijiet impressjonanti li għamilt int,*
U jien se nxandar il-kobor tiegħek.
ז [Żajin]
7 Huma se jitkellmu bil-ferħ hekk kif jiftakru dwar il-qalb tajba kbira tiegħek,
U se jgħajtu bil-ferħ minħabba li int ġust.
ח [Ħet]
ט [Tet]
9 Ġeħova hu qalbu tajba maʼ kulħadd,
U l-ħniena tiegħu tidher f’kulma jagħmel.
י [Jod]
10 Ġeħova, kulma għamilt int se jigglorifikak,
U l-leali tiegħek se jfaħħruk.
כ [Kaf]
11 Huma se jxandru l-glorja tas-saltna tiegħek,
U jitkellmu dwar il-qawwa li għandek.
ל [Lamed]
12 B’hekk, in-nies isiru jafu dwar l-affarijiet li int għamilt bil-qawwa tiegħek
U dwar is-sbuħija tas-saltna glorjuża tiegħek.
מ [Mem]
13 Is-saltna tiegħek se tibqaʼ għal dejjem,
U int se tmexxi fuq il-ġenerazzjonijiet kollha.
ס [Samek]
14 Ġeħova qed iqajjem lil dawk li qed jaqgħu
U jsaħħaħ lil dawk imtaqqlin bil-problemi.
ע [Għajn]
15 In-nies kollha jduru lejk għall-għajnuna;
Int tagħtihom l-ikel meta jkollhom bżonn.
פ [Pe]
16 Int tiftaħ idejk
U taqtaʼ x-xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.
צ [Sade]
17 Ġeħova hu ġust f’kulma jagħmel
U leali f’kollox.
ק [Kof]
ר [Rex]
19 Hu se jaqtaʼ x-xewqa taʼ dawk kollha li għandhom rispett kbir lejh;*
Hu jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna u jsalvahom.
ש [Xin]
20 Ġeħova jipproteġi lil dawk kollha li jħobbuh,
Imma lill-ħżiena se jeqridhom għalkollox.
ת [Taw]
21 Jien se nfaħħar lil Ġeħova;
Jalla n-nies kollha jfaħħru lil ismu l-qaddis għal dejjem taʼ dejjem.