Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David, meta l-profeta Natan iffaċċjah wara li David kellu x’jaqsam maʼ Bat-seba.
51 Ħenn għalija, Alla tiegħi, għax int turi mħabba u lealtà.*
Ħassar id-dnubiet tiegħi għax int turi ħniena kbira.
2 Aħsilni sew mill-iżball tiegħi,
U naddafni mid-dnub li għamilt.
4 L-ewwel nett, jien kontrik* dnibt;
Jien għamilt dak li hu ħażin f’għajnejk;
Għalhekk, għandek raġun tikkundannani,
U l-ġudizzju tiegħek hu ġust.
8 Jalla tgħinni nerġaʼ nkun ferħan,
Minkejja li farraktli l-għadam.
10 Alla tiegħi, għinni biex ikolli xewqat tajbin,*
U ibdel il-mod taʼ kif naħseb, ħalli nkun leali lejk.
11 Tkeċċinix minn quddiemek;
U tneħħix minn fuqi l-ispirtu qaddis tiegħek.
12 Erġaʼ agħtini l-ferħ li ħassejt meta salvajtni;
Għinni nkun lest li nobdik.
13 Jien se ngħallem il-prinċipji tiegħek lil dawk li jidinbu,
Ħalli b’hekk jerġgħu lura għandek.
14 Alla tiegħi, int il-wieħed li ssalvani.
Aħfirli għax jien ħati taʼ qtil,
Ħalli b’hekk inxandar bil-ferħ il-ġustizzja tiegħek.
15 Ġeħova, agħtini s-saħħa biex nitkellem,
Ħalli nkun nistaʼ nfaħħrek.
16 Kieku int ridt sagrifiċċji, kont noffrihom;
Int ma tiħux pjaċir b’offerta sħiħa tal-ħruq.
17 Is-sagrifiċċji li int tieħu gost bihom huma l-attitudni taʼ ndiema;
Alla tiegħi, int ma tirrifjutax* qalb maqsuma u umli.
18 Agħmel dak li hu tajjeb għal Sijon;
Ibni s-swar taʼ Ġerusalemm.
19 Imbagħad int se tieħu pjaċir bis-sagrifiċċji tan-nies sewwa,
Bis-sagrifiċċji tal-ħruq u l-offerti sħaħ;
Imbagħad il-barrin se jiġu offruti fuq l-artal tiegħek.