Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ.
126 Meta n-nies taʼ Sijon kienu lsiera, Ġeħova ġabhom lura,
U aħna ħsibna li kienet ħolma.
2 F’dak iż-żmien, tgħidx kemm konna nidħqu u ngħajtu bil-ferħ.
F’dak iż-żmien, il-popli kienu jgħidu:
“Ġeħova għamel affarijiet kbar għalihom.”
3 Ġeħova għamel affarijiet kbar għalina,
U aħna ferħanin ħafna.
5 Dawk li jiżirgħu bil-biki
Se jaħsdu b’għajjat taʼ ferħ.
6 Dak li xorta jmur l-għalqa u jieħu ż-żerriegħa miegħu,
Għalkemm jibki,
Żgur li jmur lura b’għajjat taʼ ferħ
Waqt li jġorr il-qatet li jkun ġabar.