Salm
Għanja taʼ David.
23 Ġeħova hu r-Ragħaj tiegħi.
Mhu se jonqosni xejn.
2 Hu jiħodni f’art mimlija ħaxix biex nistrieħ.
Hu jiggwidani f’postijiet taʼ mistrieħ li fihom ħafna ilma.*
Hu jiggwidani fit-triq it-tajba minħabba ismu.
4 Għalkemm nimxi fil-wied li hu mudlam ħafna,
Ma nibżax li nweġġaʼ,
Għax int miegħi;
Il-bastun u l-ħatar tiegħek jgħinuni nħossni protett.*
5 Int tlestili ikla kbira quddiem l-għedewwa tiegħi.
Tidlikli rasi biż-żejt, u jien nieħu r-ruħ;
Int timla sew it-tazza tiegħi.*