Salm
2 Irringrazzjaw lill-Alla tal-allat,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
3 Irringrazzjaw lis-Sid tas-sidien,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
4 Hu biss jagħmel affarijiet tal-għaġeb,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
6 Hu poġġa l-art fuq l-ilmijiet,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
7 Hu għamel dwal qawwijin fis-sema,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
8 Għamel ix-xemx biex tiddi matul il-jum,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,
9 U l-qamar u l-istilel biex jiddu matul il-lejl,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
10 Hu qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
11 Hu ħareġ lil Iżrael mill-Eġittu,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
12 Hu għamel dan b’id b’saħħitha u qawwija,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
13 Hu qasam il-Baħar l-Aħmar fi tnejn,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
14 Hu għadda lil Iżrael minn nofsu,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
15 Hu kaxkar lill-Fargħun u l-armata tiegħu fil-Baħar l-Aħmar,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
16 Hu mexxa lill-poplu tiegħu fid-deżert,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
17 Hu għeleb lil rejiet kbar,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
18 Hu qatel lil rejiet b’saħħithom,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,
19 Lil Siħon ir-re tal-Amurrin,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,
20 U lil Għog ir-re tal-Basan,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
21 Hu ta l-art tagħhom bħala wirt,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,
22 Bħala wirt lill-qaddej tiegħu Iżrael,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
23 Hu ftakar fina meta konna skuraġġiti,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
24 Hu baqaʼ jeħlisna mill-għedewwa tagħna,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
25 Hu jagħti l-ikel lin-nies u l-annimali kollha,
Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.
26 Irringrazzjaw lill-Alla tas-sema,