Salm
L-EWWEL KTIEB
(Salmi 1-41)
1 Ferħan ikun min ma jimxix fuq il-parir tal-ħżiena,
Li ma joqgħodx mal-midinbin,*
U li ma joqgħodx bilqiegħda maʼ dawk li jmaqdru kulma hu tajjeb.
3 Hu jkun bħal siġra mħawla ħdejn l-ilma,
Siġra li tagħti l-frott fl-istaġun tagħha
U li l-weraq tagħha ma jinxifx.
Hu jirnexxi f’kulma jagħmel.
4 Imma l-ħżiena mhumiex hekk.
Huma bħal qoxra taʼ żerriegħa li ttir mar-riħ.
5 Huwa għalhekk li l-ħżiena se jiġu kkundannati fil-ġudizzju,
U l-midinbin mhux se jibqgħu fost it-tajbin.
6 Għax Ġeħova japprezza dak li jagħmlu t-tajbin,
Imma hu se jeqred lill-ħżiena u dak li jagħmlu.