Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
19 Is-sema qed ixxandar il-glorja t’Alla
U titkellem dwar dak li għamel.
2 Kuljum hi titkellem,
U kull lejl ixxandar l-għarfien dwaru.
3 Hi ma tgħidx kelma;
Leħinha ma jinstemax.
Fis-sema hu rama tinda għax-xemx,
5 Li qisha għarus ħiereġ mill-kamra tiegħu;
Hi tifraħ bħal raġel b’saħħtu li qed jiġri f’tellieqa.
6 Hi toħroġ minn tarf wieħed tas-sema
U tagħmel dawra sħiħa sakemm tiġi fit-tarf l-ieħor;
U s-sħana tagħha tilħaq kullimkien.
7 Il-liġi taʼ Ġeħova hi perfetta u terġaʼ tagħti s-saħħa.*
It-tfakkiriet taʼ Ġeħova huma taʼ min jafdahom,
Lil min hu bla esperjenza jagħmluh għaref.
8 Ir-regoli taʼ Ġeħova huma ġusti u jferrħu l-qalb;
Il-kmandamenti taʼ Ġeħova huma nodfa u jgħinu persuna tifhem.*
9 Ir-rispett kbir għal* Ġeħova hu taʼ benefiċċju u jibqaʼ għal dejjem.
Il-ġudizzji taʼ Ġeħova huma veri u ġusti.
10 Dawn huma mixtiqin iktar mid-deheb, iktar mid-deheb fin,*
U iktar ħelwin mill-għasel, saħansitra iktar mill-għasel pur.
11 Permezz tagħhom, int tgħallem lill-qaddej tiegħek jevita dak li hu ħażin;
Jekk jobdihom se jiġi ppremjat bil-kbir.
12 Min jistaʼ jinduna bl-iżball tiegħu stess?
Aħfirli d-dnubiet li għamilt bla ma naf.
13 Tħallinix inkun prużuntuż;
Tħallix il-prużunzjoni tikkontrollani.
B’hekk, inkun bla ħtija
U innoċenti minn dnubiet serji.*