Salm
Għanja t’Asaf.
2 “Kemm se ddumu tiġġudikaw b’inġustizzja
U turu preferenzi mal-ħżiena? (Sela)
3 Iddefendu* lill-batut u lill-orfni.*
Araw li ssir ġustizzja maʼ dawk li ma jistgħu jagħmlu xejn u dawk fil-bżonn.
4 Eħilsu lill-batuti u lill-foqra;
Salvawhom mill-ħżiena.”
5 Huma* ma jafu xejn u lanqas jifhmu;
Huma qed jimxu ’l hemm u ’l hawn fid-dlam;
M’hemmx ġustizzja u m’hemmx rispett lejn il-liġi.
7 Imma intom se tmutu bħalma jmutu l-bnedmin;
Intom se tmutu bħal kull mexxej ieħor!’”
8 Aġixxi Alla tiegħi u ġġudika lin-nies tal-art,
Għax il-popli kollha huma tiegħek.